Tinsa ħafna? Hawn għandek 5 modi kif tinsa inqas!
Wasalt fi stadju ta’ ħajtek fejn qed tħoss li qed tinsa affarijiet bażiċi tal-ħajja ta’ kuljum? M’intix waħdek. Meta tħares lejn ħajjitna llum, bejn xogħol, familja, ħbieb u affarijiet personali, faċli jkun hemm xi affarijiet li jiżgiċċawlna. Hawn taħt se ssibu ħames modi ta’ x’tistgħu tagħmlu biex tinsew inqas skond esperti internazzjonali.
Għamel ħaġa ħaġa u itfi n-notifications
Meta tagħmel aktar minn oġġett wieħed fl-istess ħin, il-moħħa tgħejjih. Anke meta taqleb minn ħaġa għall-oħra frekwentament, tifframmenta l-memorja. Iffoka fuq oġġett wieħed, wieħed, kif ukoll itfi n-notifications ħalli tkun tista’ tikkonċentra u ssaħħaħ ir-ritenzjoni tal-memorja.
Ħu ritratt ta’ mumenti speċjali mingħajr ma teżaġera
Meta wieħed jieħu ħafna ritratti, dan jista’ jwassal għal problemi fil-memorja. Allura, għandek tieħu ritratti li verament jaqbdu fihom l-essenzja tal-mument. Iffoka fuq dettalji uniċi li jgħinuk tiftakar l-avveniment b’mod aħjar meta tkun qed terġa’ tara r-ritratti.
Ikkrea palazz ta’ memorji
Uża t-teknika magħrufa bħala “memory palace” biex tiftakar il-listi. Ivviżwalizza postijiet familjari u assoċja oġġetti differenti ma’ postijiet differenti. Din l-istrateġija, magħrufa wkoll bħala “chunking”, tgħinek sabiex tiftakar aktar informazzjoni.
Introduċi affarijiet ġodda
Meta tibdel ir-rutina tiegħek, tista’ tgħin sabiex issaħħaħ il-memorja. Attivitajiet ġodda u postijiet ġodda jwasslu sabiex tiġi rilaxxata d-dopamina fil-ġisem, tittejjeb l-attenzjoni, kif ukoll tissaħħaħ il-memorja. Ipprova postijiet differenti fejn tagħmel xi passiġġata, jew inkella oħroġ kul f’ristoranti ta’ kċejjen varji u diversi li jwassluk biex tikkrea memorji vivaċi.
Aċċetta l-iżbalji
Meta ddum biex titgħallem xi ħaġa ġdida, jista’ jkun tkun qed issaħħaħ il-memorja tiegħek. Meta titgħallem abbażi ta’ żbalji li tagħmel, iwasslek biex tikkoreġi l-iżbalji u b’hekk tiftakar aktar dak li hu korrett. Żomm lilek inniffsek attiv billi tkompli titgħallem affarijiet ġodda, esperimenta u titgħażżinx billi dejjem issegwi l-mappi u r-riċetti, per eżempju.