Li tkun wild uniku hu vantaġġ jew żvantaġġ?

 Li tkun wild uniku hu vantaġġ jew żvantaġġ?

Fid-dinja m’hemm xejn illi huwa kollox iswed jew kollox abjad. Kollox fih it-tajjeb u il-ħażin. Hekk ukoll li tkun wild uniku: fih il-vantaġġi imma fih ukoll ammont ta’ żvantaġġi. Ovvjamnet kull sitwazzjoni trid taraha minn lat ġenerali għax ċertu affarijiet illi wieħed jara żvantaġġi fihom, jaf ma jaffetwawx lil xi ħadd ieħor

Wieħed mill-ewwel kliem li ġieli nlissnu lil dawk li jkunu l-uniċi wild hu li tajjeb li tkun waħdek għax kollox għalik. Hekk hu: kollox għalik: il-ġid u l-problemi
Eja ngħidu kollox , li tkun wild uniku ifisser li l-wirt kollu ta’ dak li jippossjedu l-ġenituri, se jgħaddi għandek. U mhux biss li tiggwadanja xi ħaġa tal-flus, imma tevita kull argument illi kultant iqum bejn l-aħwa fuq il-wirt. Apparti l-wirt, il-probabbilta hi li l-ġenituri se jkollhom aktar flus biex jixtrulek ċertu affarijiet milli kieku tkunu aktar aħwa

Vantaġġ ieħor illi tkun wild uniku huwa illi l-attenzjoni u l-imħabba tal-ġenituri se tkun iffukata fuqek biss. Aparti minn hekk, mhux se jkollok żvantaġġ illi tġi mqabbel ma’ ħutek, eżempju dwar kemm tobdi jew għal xi suċċessi
Ovvjament l-żvantaġġi ma jonqsux. Tfal li huma l-uniċi wild jaf aktar ikollhom karattru illi d-dinja ddur madwarhom, u jkollhom xi problema meta jiġu biex jagħmluha man-nies

Meta l-ġenituri jibdew jikbru, u jsiru aktar dipendenti, dan il-wild ikollu jerfa’ il-piż kollu waħdu. Dan il-piż jinkludi appuntamenti fl-isptar, appuntamenti ma’ banek kif ukoll xogħol ieħor relatat mal-ħajja ta’ kuljum bħal xiri

Int x’tippreferi: li tkun waħdek jew kuntent li għandek ħutek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com