Imħatra ma tafx li l-ħmir mhux injoranti

 Imħatra ma tafx li l-ħmir mhux injoranti

Biex nuru li xi ħadd mhux kapaċi, mhux l-ewwel darba li nirreferu għalih bħala ħmar. Inqabblu persuna ma’ ħmar għax naħsbu li dan l-annimal huwa injorant u li huwa nieqes mill-intelliġenza u l-ħila. Naħsbu li l-ħmar huwa biss bħal ħmar tas-sienja li kapaċi jdur fl-istess post mingħajr ma jkun qed jifhem x’ inhu jiġri

Imma l-ħmir mhux annimali bla użu jew mingħajr intelliġenza. Tant huma bżonnjużi u hawn domanda għalihom, illi hawn rziezet illi jrabbu l-ħmir sabiex jinnegozjawhom

Il-ħmir għandhom saħħa tajba ħafna, u kapaċi jġorru piżijiet tqal, mingħajr biss ma jgħajjew. Dan jagħmilhom għażla tajba għal ġarr relatat mal- agrikultura, speċjalment f’ postijiet muntanjużi. Vantaġġ ieħor tal-ħmir hu li saqajhom kapaċi jadattaw anki biex jimxy fuq art diffiċli, kif ukoll kapaċi jadattaw għal kull ambjent

Il-ħmir iservu ukoll bħala protetturi u kapaċi jiddefendu lilhom infushom minn ċertu annimali.

Meta nqabblu lil xi ħadd li jinsa ħafna ma’ ħmar, veru ma nkunux nafu x’ qed ngħidu. Il-ħmar hu annimal li għandu memorja tajba ħafna u kapaċi jiftakar mhux biss toroq imma ukoll nies. Kapaċi jagħraf ukoll ħmir oħra, anki jekk ikun ilu żmien twil ma jiltaqgħu.

Vantaġġ ieħor tal-ħmir huwa li kkumparat ma’ annimali oħra, bħaż-żwiemel, il-ħmir m’ għandhomx bżonn l-istess ammont ta’ ikel u ilma. Dan mhux biss hu vantaġġ finanzjarju, imma huwa ukoll prattiku meta l-ħmar ikun qed jitrabba f’ ċertu ambjent

Il-ħmar hu annimal kalm. Għalhekk hu aktar faċli tikkontrollah

Qabel tgħajjar lil xi ħadd ħmar, erġa’ aħsibha, għax taf tkun qed tgħaddilu kumpliment

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com