Qed tħoss griżmejk nixfin? Dawn jistgħu jkunu wħud mill-kawżi

 Qed tħoss griżmejk nixfin? Dawn jistgħu jkunu wħud mill-kawżi

Meta tħoss griżmejk nixfin, għax il-farinġi mhix mxarrba biżżejjed, jekk ma tiħux ħsieb, tista’ tikkawża uġigħ fil-griżmejn, għatx kbir, tinħanaq, nuqqas ta’ tegħim, u anke diffikultà biex tiekol jew tibla’. Din il-kundizzjoni tiġi meta l-ħalq ma jkunx qed jipproduċi biżżejjed saliva minħabba raġunijiet varji. 

Iżda x’jistgħu jkunu l-kawżi għal griżmejn nixfin?

  1. Infezzjoni – infezzjonijiet virali, bħar-riħ komuni, jistgħu jaffettwaw il-parti ta’ fuq tal-pajp tan-nifs u jikkawżawlek sogħla, konġestjoni u anke tista’ tispiċċa tieħu nifs minn ħalqek. Kollha affarijiet li jikkontribwixxu għat-tinxif fil-griżmejn.
  2. Deidrazzjoni – din tiġri meta fil-ġisem ikun hemm nuqqas ta’ fluwidi. Il-kawżi wara dan jistgħu jkunu ħafna bħal meta persuna tgħoroq b’mod eċċessiv, ma tixrobx biżżejjed, ikollha d-deni, tagħmel pipi ta’ spiss, ikollha d-diarrhea jew tkun qed tirremetti. Mingħajr biżżejjed likwidu, il-ħalq u l-griżmejn ma jinżammux biżżejjed idratati.
  3. Allerġiji – meta wieħed ibati mill-allerġiji kkawżati minn pollini, trabijiet, moffa u suf tal-annimali. Dan iwassal għal sintomi bħal meta jinżillek minn imnieħrek, ikollok konġestjoni, jew griżmejn xotti jew jiekluk.
  4. Meta titkellem ħafna – l-użu eżaġerat tal-kordi vokali jista’ jħallik b’xi larinġite kkawżata minn infjammazzjoni fil-griżmejn jew ixxuttar tal-griżmejn. Is-sintomi jinkludu tibdil fil-vuċi, nuqqas ta’ vuċi, skonfort fil-griżmejn u sogħla vojta.
  5. Tipjip – It-tabakk mis-sigaretti u vapes jistgħu jirritaw il-parti ta’ fuq tal-pajp tan-nifs. Din l-irritazzjoni taffettwa l-griżmejn u l-pulmun u twassal għal sogħla u xxuttar tal-griżmejn.
  6. Ċertu tip ta’ medikazzjonijiet – diversi mediċini, inkluż dawk għad-dipressjoni u pressjoni għolja, jnaqqsu l-produzzjoni tas-saliva u jwasslu għal ixxuttar fil-griżmejn.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com