Dawn l-affarijiet li nara fejn il-baħar idejquni

 Dawn l-affarijiet li nara fejn il-baħar idejquni

Fiż-żmien sabiħ tas-sajf, ħafna nies jerħulha sabiex iqattgħu ftit ħin ( jew xi ġurnata sħiħa) fejn il-baħar. Immorru biex nieħdu pjaċir, imma kultant niltaqgħu ma sitwazzjonijiet illi jdejquna. Mhux se ngħid li jħassrulna il-ġurnata, imma ma nieħdux pjaċir bihom. Inkunu nixtiequ li dawn l-affarijiet ma jeżistux. Imma żomm, mhux bilfors li għax idejqu lil xi nies, idejqu lil kulħadd. Hawn min ma jagħtix kashom, u anzi hawn min jieħu pjaċir bihom jew jagħmilhom

Int minn dawn t’hawn isfel idejqek xi ħaġa? Jew tagħmlhom int stess?

1. Hawn negozji illi jifirxu l-umbrelel u deckchairs tagħhom tul il-bajja kollha, u bilkemm iħallulek spazju fejn tpoġġi biċċa xugaman tiegħek
2. Nies illi litteralment ipoġġu x-xugaman tagħhom tant qrib tiegħek li bilkemm iħallulek post fejn titmattar
3. Nies illi biex jimxu jirfsu fuq ix-xugaman tiegħek u jimlewh kollu ramel
4. Nies illi jagħmlu balla storbju billi jitkellmu jgħajjtu jew jużaw radju b’volum għoli
5. Tfal jilagħbu bil-ballun li jispiċċaw jolqtuk
6. Ħofor imħaffra mit-tfal fir-ramel li ma jerġgħux jiġu mgħottija
7. Nisa li jiddeċiedu li jxemmxu kullimkien inkluż billi jneħħu l-bra
8. Nies li biex jgħumu jimlew wiċċ nies oħra kollu bl-ilma
9. Nies li jħobbu jaqbżu b’risku li jtajjru ammont kbir ta’ ilma f’wiċċ ħaddieħor
10. Nies illi jiddeċiedu ili l-kelb tagħhom jista’ jgħum liberu anki f’bajja fejn l-għawn għal klieb hu ipprojbit
11. Nies jonfħu nifs taż sigarett ġo wiċċ ħaddieħor
12. Nies li jarmu l-filter tas-sigarett ma’ l-art
13. Nies jarmu l-fdal tal-ikel ma’ l-art
14. Nies li ma jindenjawx ruħhom jiġbru fdal ta’ xi flixkun imkisser

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com