X’tip ta’ ġilda għandek? Ara kif tista’ tieħu ħsiebha aħjar

 X’tip ta’ ġilda għandek? Ara kif tista’ tieħu ħsiebha aħjar

Li tkun taf it-tip ta’ ġilda li għandek huwa essenzjali sabiex tifhem aktar kif għandek tieħu ħsiebha. It-tipi prinċipali ta’ ġilda huma: normali, niexfa, żejtnija, kombinazzjoni u sensittiva. Dawn huma influwenzati mill-ġenetika, il-fatturi ambjentali u kundizzjonijiet tas-saħħa differenti. 

It-tipi ta’ ġilda differenti

  • Il-ġilda normali – din għandha livell ta’ żejt u idratazzjoni bilanċjati. Tipikament tkun mingħajr tbajja, lixxa, idratata u mingħajr ponot u sensittivita tal-ġilda. Din it-tip ta’ ġilda għandha bżonn rutina minima ta’ prodott tal-ħasil tal-wiċċ, krema apposta u xi tip ta’ prodott SPF biex jipproteġi l-ġilda mir-raġġi tax-xemx.
  • Il-ġilda niexfa – din għandha nuqqas ta’ idratazzjoni u ma jirnexxiliex iżżomm lilha nnifisha biżżejjed umida. B’hekk din tinħass żorra, jkollha partijiet bħal qishom qed jitqaxxru u jkollok ukoll ħakk. Kundizzjonijiet bħal rosacea, exzema u psoriasi jistgħu jżidu l-inxif fil-ġilda. Min għandu ġilda niexfa għandu juża tip ta’ prodott għall-ħasil tal-wiċċ li jagħti l-idratazzjoni ġusta, krema apposta li tinkludi ceramide u gliċerina, kif ukoll prodott SPF biex jipproteġi l-ġilda mir-raġġi tax-xemx.
  • Il-ġilda żejtnija – din it-tip ta’ ġilda tipproduċi ħafna sebum li twassal sabiex tidher tleqq u tkun f’riskju akbar ta’ acne. Biex tieħu ħsieb ġilda żejtnija għandek tara li l-prodotti tal-ħasil tal-wiċċ li tuża huma mingħajr żejt, li m’humiex prodotti komedoġeniċi, li jkunu ġentili fuq il-ġilda, li tuża toner li mhux strinġenti, u li titratta l-acne bi prodotti li fihom is-salicylic acid jew il-benzonyl peroxide.
  • Kombinazzjoni ta’ ġilda – meta persuna jkollu kombinazzjoni ta’ ġilda jfisser li jkollu partijiet żejtnin u partijiet nixfin. Ħafna drabi, l-partijiet żejtnin ikunu l-moħħ u l-imnieħer, filwaqt li l-parti aktar niexfa ġeneralment hija dik tal-ħaddejn. Rutina ideali biex tieħu ħsieb din it-tip ta’ ġilda hija li tuża prodotti apposta skond il-parti tal-ġilda li qed tikkura. Intant, tista’ tuża krema li jkun fiha hyaluronic acid fuq il-ġilda kollha, flimkien ma’ użu ta’ prodotti SPF.
  • Il-ġilda sensittiva – din it-tip ta’ ġilda tirreaġixxi faċilment għal prodotti u fatturi ambjentali differenti li jistgħu jikkawżaw ħmura, ħakk u irritazzjoni. Ir-rutina ta’ kura għal din it-tip ta’ ġilda trid tkun tat-tip li telimina prodotti bi rwejjaħ kif ukoll prodotti ipoallerġeniċi. Fittex prodotti idratanti bħal hyaluronic acid u prodotti ceramide li jikkuraw il-ġilda. Kremi bl-idrokortisone jistgħu jgħinu fl-infjammazzjoni u prodotti li jinkludu l-SPF biex jipprovdu l-protezzjoni neċessarja mix-xemx.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com