Ma’ xirja ta’ mitt Ewro, il-ħlas tal-basket rajtu żejjed?

 Ma’ xirja ta’ mitt Ewro, il-ħlas tal-basket rajtu żejjed?

Fi żmien mhux daqstant il-bogħod, meta kont tmur tixtri , anki xi ħaġa żgħira, tal-ħanut kien joffrilek borża jew basket sabiex ikollok fejn tpoġġi dak li xtrajt. Ovvjament kulħadd huwa konxju illi il-plastik mhux tajjeb għall-ambjent, u allura kienet bdiet kampanja sabiex jonqos il-plastik. Xi ħwienet kienu bdew joffru xi basket jew borża tal-karti jew materjal ieħor illi ma jagħmilx daqshekk ħsara lil ambjent

Xi negozji oħra bdew iżommu il-flus talli jagħtuk borża jew basket. L-għan ta’ din il-prattika kien sabiex jinkoraġġi lill-konsumatur sabiex jieħu basket miegħu meta jmur jixtri. Imma l-għan ħadem ? Jew il-konsumatur imur jixtru mingħajr basket u jitlob xorta lil tal-ħanut itih basket jew borża (ovvjamnet bi ħlas) ?

Hawn min jirraġuna illi xejn mhu b’xejn, u la tal-ħanut xtara l-boroż għandu dritt iżomm il-flus tal-borża jew tal-basket. Dak argument ieħor, imma ladarba tal-ħanut xorta qed jipprovdi basket- borża, li ħafna drabi ma jerġax jintuża, allura xi ggwadanja l-ambjent?

Ħafna nies jifhmu l-punt illi meta tixtri xi ħaġa li tqum ftit flus, bi ftit qliegħ għal tal-ħanut, għandu jżommlok ftit ċenteżmi talli jtik basket, imma ħafna ma jifhmux għaliex tal-ħanut għandu jżomm ftit ċenteżmi ( 20c jew 25c) meta tkun għamilt xi xirja ta’ ‘l fuq minn eżempju mitt Ewro. Il-probbabilta li biex tkun infaqt daqshekk, ifisser li xtrajt ammont mhux ħażin. Allura fiex se ġġorrhom?

Ħafna raw illi bi skuża tal-ambjent, tal-ħwienet sabu mod kif ma jitlifux xi qliegħ. Int x’taħseb? Taqbel li meta tixtri ammont t’affarijiet, il-basket għandu jkun b’xejn?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com