Għandek problema ta’ gass?

 Għandek problema ta’ gass?

Teħles mill-arja ħażina, tboss, flatulenza… Dawn kollha jirreferu għal meta s-sistema diġestiva teħles mill-arja kif ngħidu “minn wara”. Ħafna drabi li nagħmlu dan huwa kompletament normali. Bosta minna neħilsu mill-gass mill-inqas 14-il darba kuljum, hemm min inqas u hemm min iktar.

Dan il-proċess jiddependi fuq it-tip ta’ dieta tagħna, il-mediċini li nieħdu, u ħwejjeġ oħra. Imma f’ħafna persuni l-ħtieġa li jeħilsu mill-gass f’żaqqhom tikber iktar kemm javvanzaw fl-età. Hemm min jgħid li dan iseħħ minħabba li l-metaboliżmu tiegħek jibda jegħja u għalhekk l-ikel li tiekol idum iktar fis-sistema diġestiva u dan joħloq iktar gass. Iktar ma nikbru l-istonku tagħna jagħmel inqas minn dak l-aċtu li jgħinna niddiġerixxu tajjeb l-ikel. Is-sistema diġestiva hija magħmula minn muskoli u dawn jitilfu mis-saħħa tagħhom iktar ma nikbru u għalhekk jisslowjaw is-sistema diġestiva.

Raġunijiet oħra jistgħu jkunu dawn:

  • nuqqas ta’ enżimi diġestivi li jgħinuna biex niddiġerixxu prodotti magħmula mill-ħalib;
  • ċerti mediċini joħolqu fina stitikezza jew iġagħluna nħossuna minfuħin minn ġewwa.

Xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuna kontra l-ħtieġa li neħilsu mill-gass f’ġisimna huma dawn:

  • ixrob biżżejjed ilma, mela żomm lilek innifsek idratat, u dan jgħinek biex tevita l-istitikezza;
  • eżerċita ruħek regolarment, mill-inqas 30 minuta tlieta jew erba’ darbiet fil-ġimgħa, sabiex tgħin l-affarijiet fis-sistema diġestiva tiegħek jibqgħu jaħdmu;
  • evita prodotti magħmula mill-ħalib, anki biex tara jekk sirtx intolleranti għal-lattożju;
  • evita ħaxix bħal brokkoli, kaboċċi, asparagu u brussels sprouts;
  • staqsi lit-tabib tiegħek dwar mediċini alternattivi li jevitawlek stitikezza u l-bżonn li tgħaddi l-gass;
  • evita xarbiet bil-gass bħal ilma sparkling;
  • illimita l-ikel fermentat bħal kimchi, kefir u tempeh li jistgħu jikkawżaw il-gass fl-istonku;
  • meta tkun qed tiekol omgħod bil-mod, anki billi tgawdi kull gidma;
  • it-te tal-minta jew it-tumeric jistgħu jgħinuk tiddiġerixxi b’mod naturali u tnaqqas il-gass fl-istonku;
  • evita l-għads u l-fażola, imma anki ċ-chewing gum, ladarba dan tal-aħħar iġagħlek tibla’ iktar arja u b’hekk jikkrealek iktar gass f’żaqqek;
  • tikolx bil-ħatfa bħal meta tkun fil-karozza jew waqt li tkun qed timxi.

Inti taqta’ l-arja spiss?

(Sors: wedmd.com)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com