Ixomm Kemxa Flus Tajba Mhux Dikjarati Fl-ajruport

 Ixomm Kemxa Flus Tajba Mhux Dikjarati Fl-ajruport

Spezzjoni għall-għarrieda li saret fuq passiġġieri li kienu se jitilqu minn Malta lejn Istanbul wasslet għal sejba ta’ madwar €23,650 mhux iddikjarati.

Kien Peter, wieħed mill-klieb imħarrġa tad-Dwana li stħarreġ il-passiġġieri jġorru fuqhom ammont sostanzjali ta’ flus.

Mistoqsija dwar il-flus li kienu qegħdin iġorru fuqhom, iż-żewġ passiġġieri qalu li kienu qegħdin iġorru €10,000 kull wieħed.

Mhux konvinti minn din it-tweġiba, l-Uffiċjali tad-Dwana permezz ta’ Peter wettqu spezjoni fejn irriżulta li kienu qed iġorru €23,630 fi flus mhux iddikjarati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com