Dan it-tapit tal-lukanda jaf jistordik

 Dan it-tapit tal-lukanda jaf jistordik

Immaġina li tkun vaganza barra minn xtutna. Vaganza biex tirillassa . Tikri kamra f’lukanda, u kif tiġi lura minn xi pub tara l-art hekk.
Żgur li l-ewwel reazzjoni tkun li tistaqsi lil ħbiebek (u lilek innifsek) jekk qbiżtx l-ammont ta’ alkoħol li tiflaħ tixrob.

Dan it-tapit ma sarx għalxejn. Ħafna staff u residenti f’lukandi mhux l-ewwel darba illi ilmentaw dwar ġiri illi isir fil-kurituri tal-lukandi. Ġiri fil-kurituri isir minn diversi nies, fosthom tfal u persuni li jkunu kkunsmaw ammont ta’ alkoħol

Għal dan il-għan, lukanda partikolari f’Cogne, il-Ġermanja ġietha l-idea (brillanti) illi tagħmel tapit bil-linji biex tagħti impressjoni li l-art mhux dritta, sabiex dak li jkun inaqqas mill-ġiri, l-aktar fil-ħinijiet tal-mistrieħ. Jidher illi d-disinn ta’ dan it-tapit ħalla l-effett mixtieq, hekk kif mhux biss naqas il-ġiri, imma persuni li mxew fuqu spiċċaw waqqfu l-konversazzoni tagħhom sakemm għaddew minn fuqu, b’riżultat illi għal ftit ħin saltan anki il-kwiet

Imma tapit bħal dan ma jġibx biss vantaġġi. Immaġina tkun diġa b’xi grokk (jew tnejn) f’rasek, nofsok sturdut u ssib ruħek timxi fuq tapit b’diversi disinji jagħtu fit-tond, bi sfumaturi illi ma tafx jekk hux tiela xi tarġa jew nieżel f’ħofra. Tapit illi l-linji tiegħu huma dritti daqs ċirkwit, deħlin u ħerġin f’xulxin. Probabilment l-isturdament jiżdied u l-istonku jitqalleb, b’konsegwenza li jkollhom inaddfu t-tapit minn dak li tkun battalt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com