“Il-qattusa ħadet qatgħa u bil-ġirja tajritli t-taġen minn fuq in-nar!!”

 “Il-qattusa ħadet qatgħa u bil-ġirja tajritli t-taġen minn fuq in-nar!!”

Kull min għandu xi kelb jew qattus żgur jgħaddi minn xi praspura jew oħra minħabba fihom, forsi aktar ta’ spiss milli wieħed jistenna. 

Qarrejja tagħna ta’ Strada Rjali rrakkuntatilna kif darba, meta kienet qed issajjar, rat il-qattusa ġejja sparata b’ġirja lejn il-forn biex titla’ tistaħba fuq il-friġġ. Ir-refuġju tal-qattusa tagħha huwa propju l-friġġ u għid li s-sekonda li tieħu qatgħa, għax hija propju qattusa xi ftit beżżiegħa, taraha b’ġirja waħda tieħu spinta għall-aktar post għoli fil-kċina.

F’dan il-każ, il-qarrejja kellha taġen kbir mimli sidra tat-tiġieġa li kienet qed taqli fuq in-nar. Il-qattusa nħasdet wara li l-ixkupa li kien hemm isserraħ mal-ħajt waqgħet mal-art u għamlet ħoss qawwi. Din, bħal kif tagħmel dejjem, iddeċidiet li hemm bżonn tistaħba u ġriet ġirja waħda lejn il-friġġ. Imma ma kkalkulatx il-qabża sew, żelqet u waqgħet eżatt fuq il-manku tat-taġen. Bid-daqqa, it-taġen għola u tajjar kważi kilo sidra tat-tiġieġa ma’ kullimkien.

Minflok sidra tat-tiġieġa spiċċaw kellhom jieklu froġa ta’ malajr!

Inti l-pet tiegħek qatt għamel xi kummidja bħal din? Għidulna fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com