Dawn l-Allat twieldu minn mara verġni u fil-25 ta’ Diċembru

 Dawn l-Allat twieldu minn mara verġni u fil-25 ta’ Diċembru

Kull reliġjon hija bbażata fuq il-fidi. Tnejn mit-twemmin tal-kattoliċi huma illi Ġesu’ twieled minn mara verġni fil-25 ta’ Diċembru. Imma Ġesu’ ma kienx l-uniku wieħed illi kien meqjus bħala l-iben t’Alla, jew Alla nifsu illi twieled fil- 25 ta’ Diċembru. U lanqas kien l-uniku wieħed li twieled minn mara verġni. Sa minn snin twal qabel Kristu, kien hemm diveri reliġjoniet illi kienu jemmnu li dak li jaduraw kien twieled minn verġni. Xebħ bejn diversi reliġjonijiet hemm diversi, imma għal llum, naraw ftit minn dawn il-” kumbinazzjonijet”

Qisu diversi reliġjonijiet riedu jgħidulna li biex tkun Alla ma tajtx tkun imnissel b’mod normali. Minn eleuf ta’ snin qabel Kristu kien hawn dawn l-allat, li simili bħal iben t’Alla, Ġesu’ , twieldu b’mod inspjegabbli. Kumbinazzjoni ukoll, ħafna minn dawn kienu jagħmlu l-mirakli, jgħallmu dwar il-ġustizzja u l-ħajja wara l-mewt.

Mhux kull Kristjan jiċċelebra t-twelid ta’ Ġesu’ fil-25 ta’ Diċembru, imma l-maġġoranza iva. Id-data tat-twelid ta’ Ġesu’ bħala 25 ta’ Diċembru tfaċċat fir-raba’ seklu, għax l-awturi ta’ qabel, fosthom l-Evanġelisti ma jsemmux dati.

Fl-274 Wara Kristu, l-Imperu Ruman kien iddikjara l-25 ta’ Diċembru bħala festa ad unur l-Alla Invictus. 50 sena wara, l-Imperatur Kostantiu addotta din id-data biex niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’

Xebħ kbir ieħor li ssib f’diversi twemmin huwa illi dawn l-allat twieldu lil nisa li l-isem tagħhom jibda b’ ” MA“, eżempju Maria, Myrrha, Maia u Maya

Bħal fil-każ ta’ Ġesu’, Yu, Lao-tzu u Buddha ukoll kellhom it-twelid tagħhom imħabbar minn stilel jew dawl qawwi

Il-fatt (jew il-mit) illi diversi ” Allat” twieldu fil-25 ta’ Diċembru, u ħafna minnhom minn mara verġni fost similaritajiet oħra huwa kumbinazzjoni? Jew reliġjon tieħu biċċiet minn reliġjonijiet oħra sabiex tagħmel il-bażi tagħha?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com