Il-Maltin fl-Olimpjadi (1928-1988)

 Il-Maltin fl-Olimpjadi (1928-1988)

Hekk kif il-logħob tal-olimpjadi jinsabu fil-bidu tagħhom, aktar il-quddiem inkunu qed nistennew lill-ħames atleti Maltin sabiex huma ukoll jieħdu sehem. Malta, għalkemm mhux b’ mod konsekuttiv, ilha tieħu sehem fl-Olimpjadi sa mill-1928, meta ġewwa Amsterdam, 9 atleti tal-waterpolo ikkompetew bħala team. It-tim Malti rebaħ kontra l-Lussemburgu fl-ewwel partita tiegħu 3-1, imma imbagħad ġie eliminat b’ telfa ta’ 16-0 kontra l-qawwa Franċiża. Fost il-players kien hemm il-famuż Turu Rizzo

Malta irritornat fl-Olimpjadi fl-1936 meta minbarra l-iskwadra tal-waterpolo, Alfred Bencini u Austin Cassar Torreggiani kienu kkompetew fl-atletika, fil-100 metru

Kellhom jgħaddu tnax-il sena biex erġajna ħadna sehem, bl-uniku atleta jkunu Nestor Jacono, ukoll fil-mitt metru ġiri

Fl-edizzjoni tal-1960 kienu għaxra l-atleti li ffurmaw il-kontinġent Malti. Ibburdjar,sparar, ċikliżmu u għawm kienu d-dixxiplini li fihom ħadu sehem dawn l-10 Atlético

Wara li ma ħadniex sehem fl-edizzjoni tal-1964, l-atleti irritornaw fl-1968, għal-ewwel darba bħala pajjiż indipendenti, fejn kien it-tiratur Joseph Grech biss li pparteċipa

L-istess Grech, flimkien ma’ erba’ ċiklisti ħadu sehem fi Munich 1972, Olimpjadi li baqgħu imsemmija minħabba l-inċidenti li seħħew

Fl-1976 erġajna ma ħadniex sehem, imma fl-1980 irritornajna bi 8 atleti, fosthom b’ atleta femminili, Joanna Agius fl-isptar bil-qawwa. L-istess Agius ħadet sehem ukoll, flimkien ma’ 6 atleti oħra fl-edizzjoni tal-1984 ġewwa Los Angeles

U fis-sena 1988, Malta ħadet sehem fl-isparar bil-qaws, Judo (Jason Trevesian); ibburdjar (J.P Fleri Soler) , u lotta permezz ta’ Paul Farrugia u Jesmond Giordimaina

Minkejja li l-atleti MAltin dejjem taw dak kollu possibli, il-livell li jkun hemm fl-olimpjadi huwa qawwi wisq, u s’issa l-ebda atleta Malti g]adu ma wasal qrib il-podju

Ikompli….

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com