Għandhom jiġu nstallati ACs fil-knejjes?

 Għandhom jiġu nstallati ACs fil-knejjes?

Fi sħana qawwija illi qed tagħmel, bħal ma jiġri f’ kull sajf Malti, jekk inkunu sejrin f’ xi post naraw illi jkollu l-aircondition. Ħadd mhu ser imur f’ xi restorant, u joqgħod ġewwa jekk m’hemmx air-condition jew ma jkunx mixgħul. Is-sħana ttellifna mill-bosta tal-ħarġa u ttellifna l-konċentrazzjoni

Bħala wieħed mill-obbligi tal-kattoliċi huwa li ta’ lanqas nhar ta’ Ħadd immorru l-quddies. Quddiesa normalment iddum madwar 3 kwarti. Mhux wisq, imma li diffiċli tissaporti f’ din is-sħana qawwija. Taqta’ l-festi, nistgħu ninnutaw illi l-attendenza għal quddies fis -sajf tonqos

U min jattendi jispiċċa jrewwaħ, mhux komdu u mhux attent u miġbur kif suppost għal quddies

Allura ma naħsbux illi wasal iż-żmien illi f’ kull knisja jiġu installati sistemi ta’ arja ikkundizjonata? Kieku sew. B’ hekk ikollna ambjent aħjar sabiex immorru nisimgħu il-kelma t’Alla. Hawn xi knejjes illi diġà għandhom installata

Imma kollox għandu prezz. Installazzjoni t’ arja kkundizzjonata tiswa l-flus biex tagħmilha u tiswa biex tħaddimha. Ma nistgħux nippretendu li jkollna l-kumdita mingħajr ma nħallsu għaliha

Kemm aħna lesti li kull meta mmorru l-quddies inħallsu xi ħaġa tal-flus? U meta ngħidu inħallsu, mhux nitkellmu fuq donazzjoni ta’ ċenteżmi, imma ammont li jixraq talli tkun attendejt xi mkien f’ambjent komdu

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com