Għad hawn min kapaċi jammetti li għamel żball u jaċċetta l-konsegwenzi?

 Għad hawn min kapaċi jammetti li għamel żball u jaċċetta l-konsegwenzi?

F’dinja fejn il-ħajja hija mgħaġġla huwa faċli li meta tkun għaddej minn ħaġa għall-oħra tagħmel xi żball. Jew għax għajjien, jew għax aljenat, jew għal raġuni, jew għal oħra, kulħadd uman u kulħadd jiżbalja. 

Il-problemi jibdew meta persuna ma tkunx kapaċi tammetti li għamlet żball u ma taċċettax li żball iġib miegħu ċertu konsegwenzi. Anzi ssib min jinjora l-iżball tiegħu u jħalli lil ħaddieħor ibati l-konsegwenzi waħdu.

Ejja nieħdu eżempju li dan l-aħħar bħal donnu dejjem qed jiżdiedu każi tiegħu. Xi ħadd ikun qed isuq u għal xi raġuni jew oħra jolqot karozza li kienet ipparkjata. Ovvjament, ix-xufier tal-karozza l-oħra ma kienx fiha. Persuna li kapaċi tammetti żball, f’sitwazzjoni bħal din taġixxi b’dan il-mod:

  1. Tħalli n-numru tal-mowbajl mal-wipers tal-karozza li laqtet.
  2. Tmur l-għassa u tagħmel rapport li laqtet karozza biex il-pulizija tkun tista’ tgħinha ssib lix-xufier.

Persuna li mhux kapaċi tammetti żball, partikolarment jekk fil-mument meta għamlet l-iżball ma kienx hemm xhieda titlaq minn fuq il-post daqs li kieku ma ġara xejn u tħalli lil dak li jkun bid-dannu li kkawżat hi.

Li tkun kapaċi tammetti meta tagħmel żball mhux biss importanti, imma kruċjali sabiex verament tħossok fil-paċi miegħek innifsek u ma’ dawk ta’ madwarek.

Inti, x’tip ta’ persuna inti?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com