Kif ngħaddu l-ħin fit-traffiku

 Kif ngħaddu l-ħin fit-traffiku

Qatt inqbadt fit-traffiku? Int trid titn***ek? Tiċċajta. Imma dal-ħin maqbud fit-traffiku importanti li ma naħluhx. Filfatt ħafna nies jużaw il-ħin li jkunu qegħdin fit-traffiku biex jagħmlu bosta affarijiet, b’ uħud minnhom mhumiex rakkomandati

Irridu nagħmlu distinzjoni bejn li tkun passiġġier jew xufier. Uħud mill-affarijiet huma aċċettati li jsiru mill-passiġġieri imma mhux mix-xufiera, għalkemm kollox rajna isir miż-żewġ kategoriji

Komunikazzjoni – Ħafna jużaw il-ħin sabiex jagħmlu komunikazzjoni man-nies permezz tal-mowbajl. Telefonati jew messaġġi. Il-passiġġieri jagħmlu li jridu, imma l-messaġġi mix-xufiera huma perikolużi. Moħħok irid jibqa’ ffukat fuq it-triq. U jekk trid iċċempel lil xi ħadd, uża blue tooth

Make up– Qatt inzertajt xi waħda tagħmel il-lipstick jew blusher bejn għafsa brejk u gass? Dan biex ma nsemmux kemm -il persuna tagħddi l-ħin tara wiċċha fuq il-mera

Kant u beat– jekk niflu ftit in-nies li jkunu fit-traffiku nistgħu ninnutaw ammont ta’ nies li jkunu qed ikantaw jew iħabbtu mal-istering biex iżommu l-beat mal-mużika. Ta’ lanqas nimmaġinaw li jkunu qed ikantaw. Jew jidgħu?

Inaqqru mneħirhom jew ingiddmu d-dwiefer. Ħin it-traffiku huwa ħin ideali biex nipprattikaw dawn il-vizzji. Fil-karozza waħdek, u mingħalik ħadd ma jkun qed jarak

Jieklu – Jieklu , jixorbu , ipejpu sigarett jew imeċilqu chewing gum. Kollha metodi kif tgħaddi ftit ħin u tnaqqas l-istess

Dawn huma biss ftit affarijiet minn dak li nistgħu nosservaw. Żgur li hemm oħrajn. Int ġieli rajt nies jagħmlu xi ħaġa differenti?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com