Ġiraffa tgħolli tifla ta’ sentejn

 Ġiraffa tgħolli tifla ta’ sentejn

Ħarġa mal-familja tkun intenzjonata sabiex nieħdu pjaċir ilkoll bla ma ħadd iweġġa’ jew jispiċċa imwerwer. Mhux hekk ġralha familja minn Texas, hekk kif il-ħarġa li ppjanaw li se jieħdu gost biha, spiċċat tathom qatgħa u kważi spiċċat fi traġedja

Din il-familja kienu qegħdin waqt safari, fejn kienu qegħdin iduru bil-karozza tagħhom josservaw annimali eżotiċi bħal zebras u ġiraffi. Kultant kienu qegħdin jagħtu xi ikel lil dawn l-annimali, ovvjament mingħjr ma jinżlu mill-karozza tagħhom

F’waqt minnhom, il-familja waqqfu l-karozza sabiex jagħtu xi ikel lill-ġiraffa. F’ħakka t’għajn il-ġiraffa qabdet lit-tifla tal-familja, li għad għandha biss sentejn mill-flokk u għollietha għal diversi piedi l-fuq. Bl-għajjat li għajjtet l-omm, il-ġiraffa telqet lit-tifla, li niżlet f’idejn ommha, ta’ lanqas mingħajr ma weġġgħet

Skont missier it-tifla, il-ġiraffa ma ppruvatx terfa’ lit-tifla, imma ippruvat terfa’ l-basket, basket li kien qed jiġi miżmum mit-tifla. Minkejja li t-tifla ma weġġgħetx il-ġenituri tagħha qalu li lkoll kemm huma ħadu qatgħa kbira

B’kumpens lejn i-qatgħa li sofriet, il-ġenituri tat-tifla, xtrawlha soft toy, forma ta’…ġiraffa

Wara dan l-inċident, il-park bidel ir-regoli tiegħu. Qabel l-inċident, persuni setgħu joqgħodu f’kaxxa ta’ vann miftuħ, la darba jkunu akkumpanjati minn adult . Minn issa l-quddiem, kull persuna trid tkun fil-vettura, bil-bibien msakkrin

Bħal ma jiġri miljun darba, ir-regoli jinbidlu wara li jiġri inċident. Aħjar tard milli qatt, imma kieku jsir ippjanar aħjar, ċertu inċidenti jistgħu jiġu evitati

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com