X’inhuma l-benefiċċji li tagħmel 10 pushups kuljum? Ara minn hawn

 X’inhuma l-benefiċċji li tagħmel 10 pushups kuljum? Ara minn hawn

Il-pushups huma eżerċizzju klassiku li jibqa’ dejjem popolari għal raġunijiet validi. M’għandhom bżonn l-ebda tip ta’ attrezzar, tista’ timmodifikahom kif hemm bżonn u jgħinuk issaħħaħ diversi gruppi ta’ muskoli, inkluż is-sider, l-ispallejn, l-idejn, il-muskoli taż-żaqq u l-parti ta’ fuq tad-dahar.

Kif għandek tagħmel il-pushups?

Biex tibbenefika b’mod sħiħ mill-pushups, huwa essenzjali li tagħmilhom fil-pożizzjonijiet ġusti. Ibda fil-pożizzjoni daqs li kieku qed tagħmel plank, u poġġi l-idejn ftit iktar ‘il barra mill-ispallejn, imbagħad inżel l-isfel filwaqt li żżomm minkbejk f’45 gradi, imbagħad erġa’ agħti spinti lura, sabiex terġa’ titla’ fil-pożizzjoni tal-bidu.

Kif timmodifika l-pushups?

Jekk il-pushup normali hija diffiċli għalik, ipprova għamel pushups inklinati fuq idejk, fuq parti elevata jew inkella fuq irkopptejk. Jekk tixtieq imbagħad iżżid ftit ta’ sfida, ipprova varja r-ritmu jew ipprova dawk li jgħidulhom pushups splussivi, fejn titlaq idejk minn mal-art.

Allura x’inhuma l-benefiċċji ta’ 10 pushups kuljum?

Filwaqt li meta tagħmel 10 pushups biss f’ġurnata, probabbilment m’intix se titlef mill-piż, jistgħu jgħinuk fejn jidħol is-saħħa tal-parti ta’ fuq tal-ġisem u t-tonifikazzjoni tal-muskoli.

Apparti minn hekk, meta tibda żżid il-pushups maż-żmien, tista’ tnaqqas ir-riskju ta’ mard tal-qalb. Infatti, irġiel li jagħmlu madwar 40 pushup kuljum għandhom 96% inqas riskju ta’ problemi tal-qalb meta kkumparati ma’ oħrajn li jagħmu inqas minn 10!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com