5 sinjali li jikkonfermaw li dik it-tfajla li tgħoġbok mhix interessata fik!

 5 sinjali li jikkonfermaw li dik it-tfajla li tgħoġbok mhix interessata fik!

Fid-dinja tad-dating kapaċi taffaċċja xi sfidi, speċjalment meta tibda tipprova tifhem jekk it-tfajla li tgħoġbok għandiex grazzja miegħek jew le. Ġeneralment, it-tfajliet jippruvaw jagħtuk x’tifhem mill-ewwel li mhux interessati fik, iżda dan mhux il-każ għal kull sitwazzjoni. Hawn taħt tistgħu ssibu ħames sinjali li jistgħu juruk li t-tfajla li għandek grazzja magħha m’għandiex daqshekk grazzja miegħek!

  1. Dejjem tgħidlek “Għandi x’nagħmel” – jekk frekwentament issib xi skuża biex ma tiltaqax miegħek, jew tikkanċella fl-aħħar minuta, probabbilment mhix interessata fik.
  2. Ma tantx tikkomunika miegħek – jekk issib ruħek dejjem tibda l-konverżazzjonijiet inti, jew it-tweġibiet tagħha jkunu dejjem qosra jew tard, probabbilment mhix daqshekk interessata. Meta tfajla tkun interessata fik ikun jidher li entużjasta biex tkellmek u tipprova żżomm il-konverżazzjoni għaddejja.
  3. Ma turix interess fil-ħajja tiegħek – tfajla li għandha grazzja miegħek se tinteressa ruħha f’ħajtek u tkun tixtieq issir taf aktar dwarek, sħabek u dak kollu li taħseb fuq suġġetti varji. Jekk ma tistaqsik xejn u ma tidhirx interessata li ssir tafek…mela ma tantx hemm x’tagħmel.
  4. Nuqqas ta’ turija ta’ affett fiżiku u emozzjonali – meta tfajla jkollha grazzja miegħek tipprova ssib konnessjoni emottiva u tipprova b’xi mod jew ieħor tmissek. Jekk tara li qed iżżomm id-distanza tagħha, huwa indikatur sod li ma tantx hija interessata fik.
  5. Ma titkellimx dwar il-futur miegħek – jekk tevita li titkellem dwar fejn sejrin l-affarijiet ta’ bejnietkom u tkun vaga dwar pjanijiet għall-futur, probabbli mhux qed tara potenzjal fir-relazzjoni tagħkom.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com