Benefiċċji mill-logħba tas-sudoku

 Benefiċċji mill-logħba tas-sudoku

Disa’ kaxxi. Kull kaxxa hi maqsuma f’disa’ oħra. Kull ma trid tagħmel li f’kull kaxxa “ kbira” iddaħħal in-numri mill-wieħed sal-disgħa. L-unika biċċa xogħol hi li ma jistax ikollok in-numru ripetut la f’kaxxa “ kbira” u lanqas f’xi linja orizzontali jew vertikali. Is-sudoku

Din il-logħba illum issibha mifruxa ħafna. Fil-gazzetti jew online, jew saħansitra hawn kotba illi huma mimlijin logħob tas-sudoku sabiex tagħmilhom. Bħal kull logħba oħra, mhux kull sudoku għandha l-istess diffikulta. Hemm minn ħfief ħafna , sa oħrajn li trid tkun ilek tipprattika biex forsi tasal issolvihom

Imma kont taf li din il-logħba bin-numri fiha diversi vantaġġi għalik?

• Is-sudoku tgħinek sabiex ikollok konċentrazzjoni aħjar. F’kull logħba trid tkun attent sabiex tara fejn se tpoġġi n-numri, kif ukoll li taħseb fil-pass ta’ wara. Li tilgħab is-sudoku b’mod regolari mhux biss tgħinek sabiex titgħallem tikkonċentra, imma titgħallem ukoll iżżomm il-bogħod affarijiet li jtellfuk

• Is-sudoku fiha ħafna paċenzja. Trid titgħallem tosserva l-grid, u taħseb. Tara l-possibilitajiet kollha u ma tgħaġġilx fid-deċiżjoni, affarijiet li tista’ ukoll tapplikahom fil-ħajja ta’ kuljum

• Grazzi għas-sudoku tista’ ttejjeb ukoll il-memorja. Trid titgħallem tiftakar mhux biss ir-regoli, imma fejn tkun ktibt xi numru. Vantaġġ ieħor li s-sudoku tgħinek biex tipprattika aħjar il-loġika

• Ma tistax taqbad kaxxa u tlestiha. Allura trid tanalizza il-“problema” li jkollok quddiemek minn angoli differenti. Apparti dan, ċertu logħob tas-sudoku online jinkludu l-ħin. Għalhekk waqt dan il-logħob tħarreġ moħħok biex isolvi problema fl-inqas ħin possibli

• Is-sudoku għandha l-benefiċċju li tgħinek tirrilassa u tnaqqas l-istress

• Waqt li qiegħed tilgħab is-sudoku, moħħok jikkonċentra fuq il-logħba. Dan itik il-vantaġġ illi għal dak il-ħin tnaqqas it-thewdin li kultant ikollna

• Li ssolvi sudoku, speċjalment waħda diffiċli , ittik sens ta’ sodisfazzjon

Mela x’qed tistenna? Niżżel app jew ixtri ktieb ta’ sudoku u ggwadanja mill-benefiċċji

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com