Metodi sempliċi kif tikkalma t-trabi

 Metodi sempliċi kif tikkalma t-trabi

Kultant it-trabi jaqbdu bikja u ma tkun tista’ twaqqafhom b’xejn. Tispiċċa timtela tilja nervi u stress għax taħseb li jkun ġralhom xi ħaġa jew jonqoshom xi ħaġa. Elf ħsieb jgħaddi minn moħħok dwar x’seta’ ġralhom u kif tista’ tgħinhom.

Qabel timla moħħok, għax ma tippruvax xi wieħed minn dawn il-metodi? Metodi sempliċi illi jafu jaħdmu sabiex it-trabi jnaqqsu mill-biki

– Ħalli l-ilma nieżel qrib it-tarbija. Il-ħoss tal-ilma jaf jikkalma lit-trabi għax jixbaħ il-ħoss illi t-trabi jkunu mdorrijin jisimgħu fil-ġuf

• Ħudhom xi dawra qasira bil-karozza.Iċ-ċaqlieq tal-karozza jgħinu sabiex it-trabi jitħeddlu u jorqdu. Bi-ċaqlieq it-trabi jitbennu u jispiċċaw jorqdu. Il-ħoss ħafif tal-magna tal-karozza ukoll jgħin sabiex it-tarbija tikkalma u torqod

• Ixgħel fann. Ovvjament żommu fuq l-anqas veloċita sabiex il-ħoss ma jkunx qawwi. Imma l-ħoss tal-fann idur bil-mod, b’mod kostanti jaf jgħin sabiex tarbija torqod

• Onfoħ bżieżaq tal-ilma qrib it-tarbija (mhux fil-wiċċ). Il-bżieżaq tas-sapun fl-ajru jafu jaljenaw lit-tarbija u tieqaf mill-biki. Min-natura tagħhom it-trabi huma kurjużi, u se jqattgħu il-ħin jippruvaw jiskopru x’inhuma dawk i-bżieżaq

• Ixgħel il-mużika. It-trabi ma tinteressahomx biss il-mużika tat-tfal. Uħud mit-trabi jikkalmaw b’xi mużika klassika. U tiskanta b’xejn, għax jaf anki mużika reggae jew rock tħalli l-effett mixtieq. U jekk m’għandekx mużika fil-qrib, dejjem tista’ tkanta int. Il- vuċi familjari tiegħek twennes lit-tarbija u jaf tikkalma

Li kieku minnek meta t-tarbija tiegħek taqbad xi bikja, qabel taqbad tippanikja, ipprova xi metodu minn dawn. M’għandekx x’titlef

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com