Ġelat għal Klieb? L-aqwa treats kesħin biex inżżommuhom kuntenti!

 Ġelat għal Klieb? L-aqwa treats kesħin biex inżżommuhom kuntenti!

Il-klieb tagħna jistħoqqilhom it-tjubija, speċjalment f’dawk il-jiem sħan tas-sajf meta jarawna nieklu l-ġelat b’għajnejhom imxennqa. Imma taf li tista’ tagħmel ġelat speċjali u bnin għall-kelb tiegħek li mhux biss jagħmilhom kuntenti, iżda wkoll jagħmlilhom tajjeb? Ejja naraw kif tista’ toħloq treats kesħin u nutrittivi li l-kelb tiegħek ser iħobb.

L-ewwel nett, irridu nagħżlu ingredjenti li huma san u tajbin għall-klieb. Wieħed mill-aqwa ingredjenti huwa l-yogurt mingħajr zokkor. Yogurt naturali huwa mimmli probijotiċi, li jgħin fid-diġestjoni tal-kelb tiegħek. Imma ftakar, kun żgur li l-yogurt ma jkun fih l-ebda ħlewwiet artifiċjali, bħall-xylitol, li huwa tossiku għall-klieb.

Għal ħlewwa naturali, tista’ tuża’ banana miksura. Il-banana hija mimlija potassju u vitamini, li huma essenzjali għas-saħħa tal-klieb. Tista’ anke iżżid ftit blueberries biex tagħti tgħoma aktar friska. Dan il-frott huma għani fl-antiossidanti, u jagħmlu tajjeb għal saħħa tal-kelb.

Lista ta’ frott tajjeb għal Klieb:
Tuffieħ, banana, ħjar, mango, larinġ, ħawħ, lanġas, pineapple, qara ħamra, dulliegħ, il-familja tal-berries.

Jekk il-kelb tiegħek jħobb il-butir tal-karawett (peanut butter), tista’ żżid ftit għat-togħoma, iċċekja il-bott u ara li ikun mingħajr zokkor jew xylitol (sweetener). Il-butir tal-karawett joffri proteina u xaħam tajjeb għas-saħħa.

Mela, kif tagħmlu dan il-ġelat? Faċli! Ħallat flimkien il-yogurt, banana miksura, u tuffieħ, chia seeds jew anke blueberries. Żid ftit butir tal-karawett jekk trid. Ferra it-taħlita tal-ġelat jew f’boroż żgħar, jew ice lolly moulds u ħallih fil-friża għal madwar tliet sigħat jew matul l-lejl sakemm jibbies.

Issa, kemm għandek tagħti lill-kelb tiegħek? Għalkemm dan il-ġelat huwa san, xorta waħda għandu jingħata b’mod moderat. Porzjon wiħed kuljum huwa aktar minn biżżejjed biex iżżomm il-kelb tiegħek kuntent u frisk. Dan huwa speċjalment importanti jekk il-kelb tiegħek għandu problemi ta’ piż jew dijabete.

Mela ħu pjaċir tagħmel dan it-treat għal kelb tiegħek, mingħajr ma toqgħod tinkwieta dwar ingredjenti ħżiena!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com