It-tfal tajjeb li jitgħallmu dawn l-affarijiet minn eta’ żgħira

 It-tfal tajjeb li jitgħallmu dawn l-affarijiet minn eta’ żgħira

Għalkemm fl-imgħoddi kien jingħad li tagħlim fil-kbir hu qris fil-ħmir, illum nafu li qatt mhu tard biex wieħed jitgħallem. Imma fuq l-istess prinċipju ngħidu ukoll illi qatt m’huwa kmieni. U it-tfal għandna nagħllmuhom ċertu affarijiet bażiċi minn eta’ żgħira, ovvjament taħt superviżjoni

Eżempju tajjeb li tfal jitgħallmu isajru, anki jekk xi affarijiet bażiċi bħal jagħmlu insalata jew jaqlu bajda. Ovvjamnet irridu inkunu ċerti illi jafu jużaw tajjeb l-affarijiet tal-kċina. L-istess, tajjeb li ngħallmu lit-tfal kif jagħmlu xi faċendi żgħar. Mhux biss ikunu qed jgħinuna, imma ikunu qed jitgħallmu affarijiet ġodda, speċjalment kif iunu ftit responsabbli.

Tajjeb li minn eta’ nibdew ngħallmu it-tfal x’għandhom jagħmlu f’każ ta’ inċident żgħir. Nistgħu nibdew bill nuruhom kif jagħtu l-ewwel għajnuna, u fejn għandhom iċemplu f’każ ta’ emerġenza. Illum it-tfal kollha jafu jużaw mowbajl, u mhux se tkun diffiċli li ngħallmuhom iċemplu. Jekk ma tafx int stess x’tagħmel biex tagħti l-ewwel għajnuna, uri xi vidjos informattivi, u jekk hemm bżonn, attendi kors int stess

Il-ħajja mimlija sfidi u rridu nieħdu deċiżjonijiet dwarhom il-ħin kollu. Għalhekk tajjeb li ngħallmu lit-tfal jibdew jieħdu deċiżjoniet żgħar huma stess. Eżempju, ħallihom jagħmlu deċiżjoni dwar x’se jilbsu huma stess. Iva int se tiggwidahom, imma tħallihomx dipendenti fuqek

Xi ħaġa oħra li rridu ngħallmu minn eta’ żgħira hi kif jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Eżempju, kif jaħslu snienhom, jaħslu xagħrhom, jaħslu idejhom u kif jitnaddfu wara li jmorru tojlit. Tajjeb ukoll li jitgħallmu kif jieħdu ħsieb ħwejjiġhom. Ta’ lanqas jitgħallmu li ħwejjeġ maħmuġin iridu jintefgħu f’laundry basket, inkella ma jinħaslux

Apparti dawn, tajjeb li ngħallmu lit-tfal illi fil-ħajja mhux kulħadd l-istess, u li jridu jirrispettaw lil kulħadd, inkluż dawk li f’għajnejna jidhru differenti

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com