Metodi li kienu jużaw biex jippruvaw iniżżlu d-deni

 Metodi li kienu jużaw biex jippruvaw iniżżlu d-deni

F’dan iż-żmien, l-ewwel ħaġa li taqa’ f’moħħna meta persuna ikollha d-deni hu li nagħtu l-paracetamol, bid-doża tkun deċiża skont l-eta’ tal-persuna. Ovvjment irridu naraw minn fejn ikun ġej id-deni (għax normament id-deni jkun bħala wieħed mill-ewwel sintomi ta’ xi marda) u nieħdu l-kura għal dak il-marda speċifika. Għax altru d-deni jkun tela’ bħala kawża ta griżmejn iffjammati u altru li jkun effett ta’ xi infjammazzjoni fil-musrana

Imma fl-imgħoddi meta l-mediċina kienet inqas avvanzata, u t-tobba kienu jippruvaw iżommuh kemm jista’ jkun il-bogħod, xorta kienu jippruvaw metodi differenti sabiex iniżżlu d-deni

Missirijietna kienu jemmnu li l-kura kienet tinsab fil-ħxejjex u l-annimali u għalhekk kienu jippruvaw jagħmlu użu minnhom. Ngħidu aħna, kienu jiftħu żaqq fenek ħaj u jpoġġuh fuq żaqq persuna li jkollha d-deni, bit-tama li d-deni jidħol fil-fenek

Metodu ieħor li kienu jużaw kien illi jagħmlu taħlita ta’ ħmira u żejt, u biha jidilku il-pali tal-idejn u s-saqjajn

Kif semmejna, kienu jemmnu li l-ħaxix huwa mediċina tajba, u kellhom raġun. Imma wieħed mill-metodi kif iniżżlu d-deni kienet li jqattgħu patata u jpoġġuha fuq ras il-marid, u meta tiswied ikun ifisser li d-deni telaq

Metodu ieħor li kin jiġi pprattikat sabiex jinżel id-deni, kien li l-marid ipoġġi saqajh fil-misħun, illi miegħu ikun intefa’ xi ftit melħ

U jekk id-deni jkun ġej b’kawża ta’ xi riħ, dejjem setgħu jagħmlulek sufa sħuna fuq sidrek. Din kienet issir bili jsaħħnu biċċa drapp tas-suf, biex forsi d-deni joħroġ

Dawn li semmejna huma biss ftit metodi illi l-antiki kienu jippruvaw. Uħud minnhom kienu jaħdmu fuq xi nies , waqt li jkunu bla effett fuq oħrajn. Il-probbabilta kienet illi min kien jemmen li dik i-kura se tfejqu kellu aktar ċans ifieq. Ovvjament dawn ma kienux jiġu ttestjati b’control groups, u għalhekk jista’ jkun illi l-fejqan ikun biss bl-effett placebo

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com