Jekk trid iżżur dan il-pajjiż, żomm amment ta’ dawn il-pariri
Is-safar qalb il-Maltin huwa popolari ħafna tant li bħala poplu insiefru spiss u matul is-sena kollha. Madanakollu, ix-xhur tas-sajf huma l-aktar popolari u allura ħafna jaħsbu għal xi vaganza tajba tul dan iż-zmien. Pajjiż li dejjem qed jikber fil-popolarità kemm mal-Maltin imma anke mal-barranin huwa l-Greċja. Ser nagħtu xi ftit pariri li wieħed jista’ jikkunsidra jekk ikun sejjer hemm.
- Evita li tmur fil-peak season
Fix-xhur ta’ Lulju u ta’ Awwissu, il-pajjiż ikun invażat bin-nies. Il-Griegi jmorru għall-btajjel tagħhom f’Awwissu wkoll u allura t-turisti ikunu aktar numerużi. Barra minn hekk, is-sħana tagħmel tagħha u ma tħallikx iddur bil-kumdità. L-aħjar xhur huma Mejju u Ġunju.
- Oqgħod attent jekk ser issuq
Skont siti marbuta mat-travelling, ħafna mill-karozzi fil-Greċja, jew aħjar madwar 90%, huma manual. Barra minn hekk, ħafna mill-Griegi huma pjuttost xufiera aggressivi, speċjalment ġewwa Ateni. Għandek toqgħod attent kemm jekk tkun f’lanes ta’ karreġġjata waħda u kemm għall-muturi li jserpu ’l hawn u ’l hinn.
- Ħu l-flus cash
Mid-dehra hemm ħafna postijiet fejn għadhom jużaw sewwa il-flus kontanti. Għaldaqstant, tajjeb li ma tabbużax u jkollok fuqek flus tal-karti, iktar u iktar fejn jidħol ħlas ta’ taxis jew ristoranti żgħar.
- Ippjana sew minn qabel
Ħafna drabi min ikun il-Greċja jispiċċa juża ħafna l-ferries. Minħabba li jkun hemm ħafna nies għalihom, hemm it-tendenza li jittardjaw xi ftit. Tajjeb li tfittex minn qabel, tistaqsi sew u anke jkollok plan b jekk taħseb li l-pjanijiet oriġinali tiegħek mhux ser jirnexxu.
- Ibbukkja kmieni
Jekk xorta tkun beħsiebek iżżur il-pajjiż fis-sajf, kun ċert li tibbukkja ħafna mill-affarijiet minn kmieni sabiex tevita diżappunti. Dan għandu japplika wkoll jekk tkun ser tmur minn gżira għall-oħra.
- L-ilma ssibu bi prezz tajjeb
Il-fliexken tal-ilma fil-Greċja mhux għaljin. Ħafna drabi fliexken tal-litru u nofs tista’ ssibhom anke inqas minn żewg Ewro.
- Tiflaxxjax toilet paper
Hemm probabilità kbira li jekk tmur fil-gżejjer Griegi issib avviżi mwaħlin li jgħidulek ‘Titfax toilet paper’. Dan jagħmel riferiment għal kull tip ta’ toilet paper. Mid-dehra, il-pajpijiet tad-drenaġġ fil-Greċja huma żgħar ħafna, b’djametru ta’ 50mm. Ħafna karti jaf isoddu it-toilets u l-aħjar ma tabbużax.
Fl-aħħar u mhux l-inqas, bħala pajjiż kompost minn gżejjer żgħar, kun ċert li żżomm taħt għajnejk il-basket li jkollok, ixrob kemm jista’ jkun ilma u ħu miegħek malja, kappell u sun block. U tinsiex, ħu gost kemm tiflaħ!