5 modi kif tista’ tkun iktar sostenibbli fil-ħajja ta’ kuljum
Kull wieħed u waħda minna nistgħu faċilment nipprattikaw prattiċi iktar sostenibbli fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Permezz ta’ prattiċi iktar sostenibbli nkunu qed nagħmlu l-parti tagħna favur il-protezzjoni tal-ambjent. Hawn taħt ser issibu ħames affarijiet prattiċi li nistgħu ninkorporaw fil-ħajja tagħna.
-
Minflok nużaw flixken tal-plastik li jintuża darba biss, ejja nibdew nużaw fliexken apposta magħmulin mill-istainless steel li jista’ jerġa’ jintuża għal diversi drabi.
-
Meta morru nagħmlu x-xirja, minflok nużaw basket tal-karti jew tal-plastik, ejja nibdew nużaw basktijiet tad-drapp. B’hekk nkunu qed niffrankaw il-flus kif ukoll inaqqsu l-iskart li jikkawżaw il-basktijiet tal-karti u tal-plastik.
-
Minflok nordnaw kafè f’tazza tal-karti li narmuha malli nixorbu l-kafè, ejja nibdew inġorru tazza apposta li nistgħu nieħdu l-kafe fiha.
-
Meta nipprepraw l-ikel mid-dar għandna nevitaw li nagħmlu użu minn karti u boroż żejda u minflok inpoġġu l-ikel f’lunch box li tista’ terġa’ tużaha. Apparti minn hekk, meta nagħmlu l-ikel mid-dar nkunu qed niffrankaw il-bżonn li nordnaw ikel minn barra, fejn jintużaw ħafna basktijiet u boroż biex jitqassmu.
-
Flimkien nistgħu nagħmlu l-parti tagħna u ngħinu biex inaqqsu l-emmissjonijiet filwaqt li nieħdu ħsieb l-ambjent. Meta possibli ejja nagħmlu użu mit-trasport pubbliku b’xejn flok nużaw il-karozza personali tagħna.