L-ewwel sfida…Daniel imur jagħmel l-eyelashes!

 L-ewwel sfida…Daniel imur jagħmel l-eyelashes!

Kif jidher Daniel jekk ikollu jagħmel l-eyelashes? Jekk forsi xi darba qadtu taħsbu dwar dan, aħna ta’ Strada Rjali ser naqtgħu dik il-kurżita tagħkom. Jekk qatt ma ħsibtu dwar dan…tinkwetaw xejn, xorta rridu nisimgħu l-opinjoni tagħkom.

Wara sessjoni ta’ rilassament għand The Ayur Veda Clinic, wiċċ Daniel ġie trasformat b’par eyelashes liema bħalhom. Dorianne min Ayur Veda qalet li Daniel kien propju l-ewwel klijent tagħha li kien raġel!

Malli lesta, Daniel ħa l-pass li jmiss, li jistaqsi lill-pubbliku hemm barra x’jaħseb dwar it-trasformazzjoni tiegħu. Hawn taħt se ssibu numru ta’ kummenti li għaddewlu:

1. Ssssssss-ħaaaaa
2. Le ma jogħġbunix
2. Hahahaha
3. Fik daqqa ee!

X’tagħlima ħa Daniel minn dan kollu?

Li meta martu, Fiorella, tmur tagħmel l-eyelashes, la se jċempilla u lanqas se jirrabja jekk iddum aktar minn siegħa u nofs!

Il-parir ta’ Daniel għal dawk li se jagħmlu l-eyelashes fiż-żmien li ġej…

“Tagħmluhomx twal wisq għax joqgħodu jmissulkom man-nuċċali!”

Segwu Strada Rjali biex taraw l-isfida li jmiss, li issa se tkun qed tagħmilha Fiorella….

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com