8 serje kkanċellati minn Netflix…kont tara xi wieħed minnhom?

 8 serje kkanċellati minn Netflix…kont tara xi wieħed minnhom?

Mhux l-ewwel darba li naraw xi serje, ngħidu “illa din kemm hi tajba”…u wara li joħroġ l-ewwel staġun iħabbru li mhux se jkun qed jinħadem it-tieni wieħed. Imbagħad ikollok oħrajn li minjaf kemm ikun ilhom iġebbdu fl-istorja…u fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedu li jtemmuhom ukoll biex jagħtu spazju għal serje ġodda.

Hawn taħt se ssibu 8 serje li ġew ikkanċellati minn Netflix propju din is-sena.

Dead Boy Detectives (2024)

Fis-serje Dead Boy Detectives, Edwin Payne u Charles Rowland, li mietu traġikament fl-1916 u fl-1989, jirrifjutaw li jimxu għall-ħajja li hemm tistennihom wara mewthom. Minflok, huma jiltaqgħu ma’ Crystal Palace, u jibdew jinvestigaw kriminalita sopranaturali.

The Brothers Sun (2024)

Fis-serje The Brothers Sun, il-ħajja ta’ Bruce Sun f’Los Angeles tinbidel minn lejl għal nhar wara li jasal ħuħ Charles mit-Taiwan. Hu jiżvela li l-familja tmexxi organizzazzjoni assassina.

Break Point (2023)

Break Point hija serje dokumentarju li ssegwi plejers tat-tennis professjonali huma u jippreparaw għal turnej kbar internazzjonali. Is-serje turi x-xogħol intensiv wara dan l-isport u turi diversi plejers mill-Italja, in-Norveġja, il-Kanada, il-Greċja u l-Istati Uniti.

Obliterated (2023)

Din is-serje ssegwi tim ta’ intelliġenza u militari Amerikan li qed jipprova jwaqqaf attakk terroristiku fuq Las Vegas. Wara li jaqbdu persuna Russa, huma jirrealizzaw li l-missjoni jaf ma waslitx fi tmiemha.

My Dad the Bounty Hunter (2023)

My Dad the Bounty Hunter hija serje animata tal-ġeneru sci-fi li ssegwi l-istorja ta’ Sean u Lisa li jsegwu lil missierhom Terry hu u sejjer ix-xogħol bil-għan li jqattgħu aktar ħin miegħu. Huma jiskopru li xogħolu huwa bħal kaċċatur ta’ aljeni perikolużi li hemm fl-ispazju.

Everything Now (2023)

Everything Now isegwi l-ħajja ta’ Mia Polanco, li għandha 16-il sena u tirritorna l-iskola wara perjodu li kkumbattiet ma’ diżordni alimentari u tilfet esperjenzi uniċi. Biex jirnexxielha tlaħħaq ma’ sħabha kitbet lista ta’ affarijiet li xtaqet tagħmel fosthom tmur il-parties u jkollha l-ewwel bewsa.

Buying Beverly Hills (2022)

Buying Beverly Hills hija serje li jsegwi familja reali li jmexxu aġenzja ta’ djar lussużi. Is-serje tħares lejn propjetajiet lussużi u l-aġenti li qed jaħdmu biex ibigħuhom.

Ratched (2020)

Ratched huwa thriller psikoloġiku li jgħid l-istorja ta’ qabel “One Flew Over the Cuckoo’s Nest”. L-istorja ssegwi x-xogħol tal-infermiera Mildred li taħdem fi sptar psikjatriku fis-snin 40. Fil-bidu tidher ideali għall-irwol iżda aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar joħroġ il-karattru oskur tagħha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com