Dawn l-isportivi għamlu karriera fil-politka
Kulħadd jaf li biex tasal sa livell li tkun sportiv professjonali trid ħafna ħidma, u sagrifiċċju. Xejn mhu faċli biex tasal sa dak il-livell għoli. Sfortunatament il-karriera ta’ atleta mhix twila ħafna, għalkemm hawn min kompla fil-karriera bħala kowċ jew amministratur.
Imma hawn ukoll li wara li rtira minn karriera sportiva, qabad karriera oħra, eżempju fil-qasam tat-teatru. Imma dawn l-isportivi “ inxteħtu” u għamlu suċċess fil-qasam politku. Dawn huma biss ftit minn ħafna li ħadu dan il-pass
Wieħed mill-aktar persuni li għamlu isem kemm fil-futbol u kemm fil-politka huwa l-ex player ta’ Milan, George Weah. Weah, apparti karriera fil-futbol, serva ukoll bħala President tal-Liberja bejn l-2018 u din is-sena
Player ieħor tal-futbol illi ukoll daħal fl-arena politka huwa Hakan Sukur, ex player internazzjonali Tork, li lagħab ma’ diversi timijiet bħal Inter, Parma u Galasataray. Sukur ikkontesta l-elezzjoni u kien elett fil-Parlament Tork
Laura Flessel serviet bħala Ministru tal-Isport fil-Gvern Franċiż bejn 2017 u 2018 taħt it-tmexxija tal-Prim Minsitru Edourd Philippe. Fil-passat, Flessel ikkompetiet diversi drab f’kompetizzjonijiet kbar tal-fencing
L-atleta Taljan Pietro Mennea serva fil-Parlament Ewropew għal-leġislatura waħda bejn 2014 u l-2019. Tul il-karriera sportiva tiegħu, Mennea ikkompeta f’diversi kompetizzjonijiet tal-atletika fosthom fl-Olimpjadi, Logħob tal-Mediterran u Tazza tad-Dinja
U fil-Parlament Ewropew ukoll, imma fis-snin ta’ bejn 2004-2014, kien hemm ukoll l-ex player tal-Ice Hockey Slovakk Peter Stastny.
Ex player ieħor ta’ Milan illi ipprova jidħol fid-dinja politka huwa l-Ukren Andriy Shevchenko illi fl-2012 ikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ukren
Bħal dawn l-isportivi kien hemm ħafna oħrajn li ippruvaw jibnu karriera oħra. L-interess fil-politka jew jużaw il-popolarita sportive biex jagħmlu karriera oħra?