L-għaġin tajjeb ukoll fid-dieta. Taf liema tip iħaxxen l-anqas?

 L-għaġin tajjeb ukoll fid-dieta. Taf liema tip iħaxxen l-anqas?

Jekk trid toqgħod iktar attent għal dak li tkun qed tiekol, speċjalment fejn jidħol l-għaġin, tajjeb li tkun taf li l-forma taffettwa wkoll. Għal skopijiet ta’ dieta, iżda mhux biss, żomm f’moħħok li  mhux kull għaġin huwa xorta. Fil-fatt, jidher li l-aħjar għaġin huwa l-ispaghetti.

Il-glycemic index (GI), li huwa mezz ta’ kif jikkalkula kemm l-ikel jaffettwa iz-zokkor fid-demm, huwa iktar baxx fl-għaġin meta jkun fil-forma ta’ spaghetti. Il-GI fl-ispaghetti huwa madwar 15-20% inqas minn tip ta’ għaġin ieħor. Jirriżulta li l-ispaghetti jiġġerragħ iktar aħjar għaliex b’xi mod joħloq lega li tipproteġih u allura jagħti l-opportunità li l-lamtu tal-għaġin jiġi ġġelatinizzat bil-mod.

M’hemmx xi ngħidu, għall-finijiet ta’ dieta, l-aħjar għaġin huwa l-għaġin ismar. L-għagin ismar jirrikjedi inqas ħin ta’ sajran. Normalment, f’sitt minuti l-għaġin ismar ikun lest, dejjem jekk tħobbuh al dente. L-għaġin ismar iżomm fih numru ikbar ta’ fibra u proteina u allura jimlik iktar malajr.

Ta’ min jgħid li l-għaġin jista’ jittiekel ukoll meta persuna tkun qed tipprova tonqos. Fil-verità, ma tkunx qed issir ħsara jekk dak li jkun jieħu porzjon moderat t’ għaġin (ngħidu aħna, mhux aktar minn 80g nej). L-importanti huwa l-mod ta’ kif inħawwru l-għaġin. Jekk inħawwru platt għaġin b’ingredjenti oħra li jagħmlu sens u li huma nutrittivi, inkunu nistgħu nonqsu xorta waħda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com