Spring rolls bid-dundjan, u oħrajn bil-gambli

 Spring rolls bid-dundjan, u oħrajn bil-gambli

L-ikel stil Ċiniż jinżel għasel ma’ bosta nies, l-aktar waqt xi festin, fejn l-hena ta’ ħafna hi li jieklu xi spring roll jaħraq. Ħafna drabi, l-ispring rolls li nsibu nixtru, jew li jkun hemm fil-festini ikunu jew tal-ħaxix jew tat-tiġieġ. Imma spring rolls jistgħu ikunu mimlija b’diversi ingredjenti, u f’din ir-riċetta se nurukhom kif tistgħu tagħmlu spring rolls tad-dundjan u oħrajn tal-gambli. Il-bażi tagħhom jibqa’ il-ħaxix, u għalhekk bħala preparamenti għal ħaxix, ser ikollkom bżonn l-istess ingredjenti. Mal-ispring roll, imur tajjeb ukoll xi ftit sauce.

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti għal spring rolls

2 karrottiCatania & Cini Ltd
Nofs ħjara – Catania & Cini Ltd
Żewġ sinniet tewmCatania & Cini Ltd
Weraq tal-ħassCatania & Cini Ltd
Kaboċċa ħamra – Catania & Cini Ltd
Żejt taż-żebbuġaAttard & Co
Melħ u bżarLamb Brand & Loaded Pantry
150 gramma kapuljat tad-dundjanChurchill Master Butchers
100 gramma gambliCatania Fisheries
Rice papersAttard & Co

Ingredjenti għas-sauce

Terz ta’ tazza Butir tal-karawettAttard & Co
2 imgħaref ħall tar-rossAttard & Co
2 imgħaref soy sauceAttard & Co
2 imgħaref għaselAttard & Co
Mgħarfa żejt tal-ġulġlien

Metodu għas-spring rolls

Qaxxar il-karrotti u qattagħhom f’biċċiet żgħar
Qatta’ l-ħjara għat tul, kif ukoll qatta’ t-tewm u l-ħass
Żid ma’ dawn l-ingredjenti kollha, l-kaboċċa mqatta’
Ipprepara żewġ twaġen u f’kull wieħed itfa ż-żejt taż-żebbuġa
Żid ftit melħ u bżar għat-togħma
F’taġen minnhom itfa l-kapuljat tad-dundjan, waqt li fl-ieħor itfa’ l-gambli
Kif jitqallew, Ifrex ir-rice papers
Itfa’ l-ħaxix li tkun lestejt fuq ir-rice papers
Fuq uħud itfa’ l-gambli, waqt li fuq oħrjn itfa’ l-kapuljat
Gerbeb biex tifforma spring roll

Metodu tas-sauce

F’bieqja itfa’ l-butir tal-karawett, il-ħall tar-ross, soy sauce, għasel, żejt tal-ġulġlien
Ħawwad sew u servi mal-ispring rolls

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com