L-Ewwel Papa Fl-Istorja Li Pubblikament Qed Jappoġġja Unjoni Ċivili Bejn Persuni Tal-Istess Sess
Papa Franġisku ser ikun l-ewwel papa fl-istorja Kattolika li jappoġġja unjoni ċivili bejn persuni tal-istess sess. Dan intqal minnu stess waqt intervista li saret għal dokumentarju bl-isem ta’ Francesco li ntwera fir-Rome Film Festival nhar l-Erbgħa.
“Nies omosesswali għandhom dritt ikunu ġo familja. Huma ulied Alla”, qal il-Papa waqt waħda mill-intervisti għad-dokumentarju.
Fl-istess dokumentarju, hemm ukoll imxandra intervista mal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Jude Scicluna fejn tkellem dwar l-id iebsa tal-Papa fir-rigward ta’ każijiet ta’ pedofelija.
L-Arċisqof Scicluna huwa persuna viċin ħafna ta’ Papa Franġisku tant li kemm -il darba jafda f’idejh każijiet ta’ importanza massima fi ħdan il-Knisja Kattolika.
Ritratt: Catholic News Agency