“Qed indumu qisna!”…Fiorella tarma vetrina tal-kamra tal-banju

 “Qed indumu qisna!”…Fiorella tarma vetrina tal-kamra tal-banju

Wasalna għal sfida ġdida għal din il-ġimgħa, u din id-darba, il-protagonista se tkun propju Fiorella. Wara li smajna l-opinjoni tagħkom, aħna ddeċidejna li l-isfida ta’ Fiorella tkun dik li tarma armarju biex jintuża ġewwa kamra tal-banju, mill-bidu!

Hi u Daniel irħewlha s’għand il-Mon Lung Ltd u hemm Fiorella ramat l-ewwel armarju tal-kamra tal-banju ta’ ħajjitha. Bejn daqqa ta’ martell, u mitt daqqa ta’ martell oħra, b’xi mod jew ieħor irnexxielha!

Intant, min-naħa tiegħu, Daniel kompla jżid mal-isfida u beda jgħaddilha l-kummenti li sostna tgħaddilu hi meta jkun qed jagħmel xi biċċa xogħol tat-tip id-dar. “Qed indumu qisna”… “qed inħammġu naqra”…qalilha hu. Iżda ta’ ġentlom li hu, xorta waħda offra l-għajnuna!

X’tgħallmet Fiorella?

Apparti milli sostniet li ħadet gost b’din l-esperjenza, hi kompliet tgħid li huwa aktar faċli milli wieħed jaħseb biex tarma armarju tat-tip. Spjegat li ħadd m’għandu jaqta’ qalbu.

Kompliet billi qalet li tgħallmet ukoll li meta r-raġel ikun qed jagħmel xi ħaġa, ma tikkummentax u tħallieh iħawwad hu.

Segwu Strada Rjali biex taraw l-isfida li jmiss, li issa jrid jagħmilha Daniel….

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com