5 benefiċċji tas-saħħa li għandu t-te taċ-ċikwejra

 5 benefiċċji tas-saħħa li għandu t-te taċ-ċikwejra

It-te taċ-ċikwejra (dandelion) ilu jiġi kkunsmat għal sekli sħaħ. Huwa magħruf bħala te ħelu, b’togħma affumikata. Huwa alternattiva għall-kafè, mingħajr kafeina u mimli vitamini u antiossidanti. Hawn taħt se ssibu aktar informazzjoni dwar il-benefiċċji, x’riskji jista’ jġib miegħu u kif għandek tikkunsmah.

 

Inaqqas l-infjammazzjoni

Jinkludi fih komposti bħal taraxasterol u aċidi feloniċi li jnaqqsu l-infjammazzjoni billi jipprevjenu l-produzzjoni żejda ta’ proteini infjammatorji.

Jippromwovi s-saħħa diġestiva

Fl-għeruq taċ-ċikwejra hemm l-inulin, tip ta’ fibra prebiotika li ssaħħaħ il-batterji tajbin fl-imsaren u tgħin biex tnaqqas il-konstipazzjoni. Il-polifenoli fit-te jnaqqsu wkoll l-infjammazzjoni tal-imsaren. Apparti minn hemm iċ-ċikwerja tradizzjonalment tintuża biex tissimula sensazzjoni ta’ ġuħ u teħles lil dak li jkun mill-gass.

Tista’ tipprevjeni li jinfirex il-kanċer

Riċerki li saru jissuġġerixxu li l-għeruq taċ-ċikwejra jistgħu jnaqqsu t-tkabbir ta’ ċelloli tal-kanċer, speċjalment dak tas-sider u gastriku. L-antiossidant jistgħu jipprevjenu wkoll il-firxa tal-kanċer billi jinnewtralizzaw ir-radikali ħielsa.

Fih ħafna nutrijenti

It-te taċ-ċikwejra fih il-vitamina A, Ċ, E, K u B u minerali bħall-kalċju, il-manjeżju u ħadid. In-nutrijenti li fih jgħinuk ukoll tirregola l-kolesterol, isolvu l-konstipazzjoni u jnaqqsu z-zokkor fid-demm.

Jista’ jgħinek teħles mill-akkumulazzjoni tal-ilma fil-ġisem

Meta tixrob dan it-te, normali li forsi tagħmel aktar pipi. Dan hekk kif jgħinek tikkontrolla l-livell tal-ilma fil-ġisem u jgħinek teħles mill-akkumulazzjoni żejda tiegħu. Madanakollu, ħafna mit-testijiet li saru f’dan ir-rigward kienu fuq annimali u hemm bżonn issir aktar riċerka fuq il-bniedem.

X’inhuma r-riskji?

Minkejja l-konsum ta’ dan it-te huwa sikur, hemm ċans li joħloqlok problemi diġestivi bħal diarrhea u ħruq ta’ stonku. Dawk li huma allerġiċi għall-pjanti, bħall-ambrożja għandhom joqgħodu attenti għax hemm ċans li jkollhom reazzjoni allerġika. Nisa tqal jew li qed ireddgħu, u dawk li qed jieħdu xi mediċini, għandhom jitkellmu ma’ tabib qabel ma jixorbu dan it-te.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com