5 serje popolari li ħafna jixtiequ staġun ieħor tagħhom…u int?

 5 serje popolari li ħafna jixtiequ staġun ieħor tagħhom…u int?

Matul is-snin, tarana naqbdu ma’ xi serje jew oħra u xi ftit niffissaw. Inkunu rridu naraw x’inhu l-pass li jmiss fil-ħajja ta’ dawn il-karattri fittizji li jakkumpanjawna f’ħafna mumenti differenti ta’ ħajjitna. Hawn taħt se nsemmu ħames serje internazzjonali popolari li naħsbu li għandu jkun hemm staġun ieħor tagħhom!

1. Friends

Din is-serje hija sitcom Amerikana li ssegwi l-ħajja ta’ sitt iħbieb u l-istejjer li jiltaqgħu magħhom matul is-snin. X’taħsbu jekk ikollna staġun ieħor ta’ Friends fejn naraw fiex waslet il-ħajja ta’ Rachel, Monica, Pheobe, Joe, Ross u Chandler? Għalkemm tkun diffiċli mmens mingħajr Matthew Perry, l-attur li miet is-sena li għaddiet u li kien jaħdem il-parti ta’ Chandler.

2. Big Bang Theory

Is-serje Big Bang Theory jsegwi l-ħajja ta’ erba’ ħbieb xi ftit “nerds” li jiltaqgħu ma’ tfajla sabiħa u ta’ karattru kompletament differenti minn tagħhom li tibdlilhom ħajjithom minn lejl għal nhar. Taqblu li hemm bżonn staġun ieħor biex inkomplu nsegwu l-avventuri ta’ Leonard, Sheldon, Howard, Raj u Penny?

3. Buffy the Vampire Slayer

Kontu tarawha din is-serje fuq l-istazzjonijiet Taljani? L-istorja ssegwi tfajla li filwaqt li topprova tistudja l-iskola, issegwi wkoll id-destin tagħha bħala assassina tal-vampiri u d-dimonji. Is-serje ilha li spiċċat mill-2003. Tixtiequ taraw xi staġun ġdid tagħha?

4. Ghost Whisperer

Din is-serje ssegwi l-istorja ta’ Melinda Gordon, mara li żżewġet riċentament u li jirnexxielha tikkomunika mal-ispirti. Bl-għajnuna tal-ħabiba tagħha Andrea, hi tgħin lill-ispirti li baqgħu maqbudin fid-dinja, jgħaddu għall-ħajja li jmiss. Kull episodju kien ilaqqana ma’ storja ta’ qsim il-qalb differenti, li jispiċċaw b’wiċċ il-ġdid. X’taħsbu, għandhom jaħdmu staġun ġdid ta’ din is-serje?

5. The O.C.

F’The O.C. insegwu l-istorja ta’ Ryan Atwood, żagħżugħ li ġej minn passat problematiku. Hu jiġi addottat minn koppja sinjura, Sandy u Kirsten Cohen u ħajtu tinbidel minn lejl għal nhar. Intom kontu ssegwu din is-serje u x’taħsbu li kieku kellhom joħorġu xi staġun ġdid tagħha?

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com