Tiekol Dawn U Tħossok Malti Żgur! 😋🍲

 Tiekol Dawn U Tħossok Malti Żgur! 😋🍲

Meta jiksaħ it-temp jew sempliċiment meta jkollna bżonn xi ħaġa sħuna, il-poplu Malti dejjem idur għas-sopop! Soppa tajba hija bħal tgħanniqa sħuna, u f’Malta għandna wħud mill-aqwa sopop li jimlewlek l-istonku żgur!


Is-Soppa tal-armla

Soppa sempliċi, magħmula b’ħxejjex bħall-pastardi, patata, karrotti, basal eċċ..Normalment, ġbejna tiġi mqiegħda fl-aħħar u tagħmel addizjoni ferm twajba. Nistgħu ninsew lil-nanna tagħna “Issa, tħallihiex tbaqbaq!” hekk kif tagħmel l-aħħar passi biex tiżdied il-ġbejna? X’memorji ħelwin…

Il-Minestra

Bħal stew pero Malti, din is-soppa hija mimlija ħxejjex friski, għaġin irqiq u ġeneralment xi fdal mill-friġġ! Ma kull mgħarfa tħossok qiegħed tikseb doża ta’ saħħa! Meta tkun għajjien jew sempliċement trid xi ħaġa tradizzjonali, il-minestra tagħtik dak il-komfort sħun li jkollok bżonn.

L-Aljotta

Soppa tal-ħut li tgħaqqad il-ħut frisk mal-ħwawar lokali.  L-aljotta hija favorita fost dawk li jħobbu l-ħut, speċjalment fix-xhur tax-xitwa wara xi ġurnata xogħol. Il-ħaxix bħal bżar, tursin u twem jagħtuha dik it-togħma unika li jagħmilha waħda mill-aktar popolari u speċjali.

ll-Brodu

Issa ngħiduha kif inhi, il-brodu huwa r-re tas-sopop! X’hemm aħjar minn platt brodu? Kultant iżżid magħha wkoll biċċa tiġieġ jew laħam, tinżel għasel! Perfetta għal meta tkun marid  jew meta trid xi ħaġa ħafifa u sħuna biex tiftaħlek l-aptit.

Il-Kusksu bil-ful

Kultant magħruf ukoll bħala “kusksu”, din is-soppa hija magħmula b’ful, għaġin irqid u ġbejniet friski. Dan il-platt huwa wiħed mill-favoriti fost il-Maltin, speċjalment fix-Xitwa!

 

Allura, meta tħossok għajjien jew qed tfittex il-kumdità, iftaħ il-borma u saħħan waħda minn dawn is-sopop tradizzjonali – Malta taf x’qed tagħmel meta niġu għal soppa tajba!

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com