Għaliex m’għandekx tieqaf tuża s-sunblock matul ix-xitwa…

 Għaliex m’għandekx tieqaf tuża s-sunblock matul ix-xitwa…

Meta fix-xitwa, it-temperatura tinżel meta kkumparata mas-sajf, dak li jkun jerfa’ l-krema solari għas-sajf ta’ wara, bħal qisu din il-krema tintuża biss fis-sajf. Minkejja li fix-xitwa jkollna aktar ġranet bis-sħab u x-xita, ma jfissirx li l-ġilda tagħna ma tibqax vulnerabbli għad-danni tar-raġġi tax-xemx. 

Ix-xemx tibqa’ hemm fuq, fis-sema, u hawn Malta, nesperjenzaw ġranet sħan u xemxin saħansitra matul ix-xitwa. Allura huwa importanti li nifhmu l-importanza li nibqgħu nużaw il-krema solari matul ix-xitwa, speċjalment meta jkollna sigħat twal fuq barra, esposti għar-raġġi tax-xemx. 

Ir-raġġi UVA, li fihom mal-95% tar-radjazzjoni tax-xemx li tasal sad-dinja, jippenetraw is-sħab u anke jgħaddu mit-twieqi. Dawn iwasslu sabiex iħallu effett negattiv fuq il-ġilda u anke jistgħu jikkawżaw riskju ta’ kanċer tal-ġilda. Min-naħa l-oħra, ir-raġġi UVB, huma aktar preżenti fis-sajf, iżda jistgħu jikkawżaw dannu lill-ġilda anke fix-xitwa, partikolarment f’ambjent fejn hemm is-silġ u b’hekk jirriflettu ‘l fuq.

X’għandek iżżomm f’moħħok?

  1. Uża protezzjoni kontra l-UVA u l-UVB matul is-sena kollha.
  2. Agħżel krema solari li hija adattata għat-tip ta’ ġilda tiegħek.
  3. Jekk fid-dar tiegħek jidħol ħafna dawl naturali, mela anke hawn għandek bżonn tapplika l-krema solari

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com