Ross bil-Pesto ta’ l-Asparagus

 Ross bil-Pesto ta’ l-Asparagus

Pesto. Tip ta’ zalza li normalment tisserva mal-għaġin. Ħafna drabi meta nsemmu l-pesto immorru għal dik iz-zalza magħmula bil-ħabaq, l-ingredjent li jagħti d-dehera ħadra lil dan il-platt. F’din ir-riċetta, flimkien mal-ħabaq se nużaw ingredjent li mhux normalment nużawh ma-pesto: l-asparagi. Apparti minn hekk, differenza oħra ta’ din ir-riċetta hi li se nservuha ma’ ross. Differenti mis-soltu, imma sabiħ li tipprova xi ħaġa ġdida

Filmat tar-riċetta hawn

Ingredjenti

150 gramma GuancialeChurchill Master Butchers
Ftit ħabaq
AsparagiCatania & Cini Ltd
30 gramma ġewż tal-arznu (Pine nuts) – Lamb Brand & Loaded Pantry
3 sinniet tewmCatania & Cini Ltd
Meraq ta’ nofs lumijaCatania & Cini Ltd
Kuċċarina tewm mitħun – Lamb Brand & Loaded Pantry
Bżar u melħLamb Brand & Loaded Pantry
60 millilitru żejt taż-żebbuġaAttard & Co
100 gramma ġobon parmeġġjanAttard & Co
2 imgħaref butir – Attard & Co
Nofs basla mqatta’ – Catania & Cini Ltd
250 gramma ross Arborio – Lamb Brand & Loaded Pantry
100 millilitru nbid abjad
Litru u nofs ilma sħun

Metodu

Qatta’ l-guanciale f’biċċiet żgħar u warrab fil-ġenb

Għalli l-asparagi fil-misħun għal madwar 2 minuti

F’taġen , qalli l-guanciale

F’liquidizer itfa’ l-ħabaq, 2 sinniet tewm, il-ġewż tal-arznu, l-asparagi u meraq tal-lumija. Żid it-tewm mitħun, bżar u melħ.

Magħhom żid i-żejt u 50 gramma ġobon, u Itħan kollox

Fit-taġen li tkun qallejt il-guanciale, itfa’ l-butir, sinna tewm imqatta’ u basal

Ħawwad sew u żid ir-ross. Ħalli r-ross isir għal madwar 2 minuti sakemm tarah li sar kważi trasparenti

Żid l-inbid u l-ilma, u żid it-taħlita tal-pesto li tkun għamilt

Ħawwad sew u żid il-guanciole u l-bqija tal-ġobon parmeġġjan

Servi

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com