L-aħħar ikliet qabel il-piena kapitali

 L-aħħar ikliet qabel il-piena kapitali

F’ħafna postijiet li fihom kienet jew għadha tingħata l-piena kapitali, kien hemm id-drawwa illi l-priġunier jagħżel hu x’jixtieq li tkun l-aħħar ikla tiegħu. F’ċertu postijiet jew din id-drawwa inqatgħet jew inkella sar hemm limitu ta’ x’wieħed jista’ jordna. L-ordnijiet li għamlu dawn il-priġunieri varjaw minn rifjut għal xi ikla elaborata. Fl-aħħar ikla mhux se toqgħod tħabbel moħħok dwar kaloriji jew dwar jekk dak l-ikel hux tajjeb għal saħħtek.

Dak li ordnaw il-priġunieri ivarja kemm skont meta ġara l-każ u anki f’liema pajjiż kienu se jingħataw il-piena kapitali. Eżempju, priġunieri li ngħataw is-sentenza kapitali fl-Asja talbu aktar xi ross u tiġieġ, waqt li persuni “ mneħħija “ fl-Istati Uniti aktar marru lejn xi ikla pizza jew burgers

Il-lista t’hawn taħt turi x’talbu ftit mill-priġunieri li tneħħew f’dawn l-aħħar snin, jew priġunieri li l-probbabilta hi li qrajna ħafna fuqhom

Saddam Hussein ingħata ross u tiġieġ. Madankollu hemm sorsi illi jgħidu li l-ex mexxej Iraqqin irrifjuta li jiekol din l-ikla speċjali

Ruth Ellis li kienet l-aħħar mara li ngħatat il-piena kapitali fl-Ingilterra, fl-1955, ingħatat scrambled egg bħala l-aħħar ikla qabel inqatlet permezz tat-tgħalliq bħala kastig talli qatlet lill-maħbub tagħha

Ajmal Kasab, pakistani li kien instab ħati ta’ terroriżmu fl-2008, apparti l-ikel tal-ħabs ingħata tadama, kif ukoll żewġ tazzi te’ masala u 4 fliexken ilma minerali

Matthew Reeves li kien instab ħati ta’ qtil, u ingħata l-mewt fl-2022, talab biss flixkun Sprite, hekk kif irrifjuta li jkollu l-ikla speċjali

Żewġ eżekuzzjonijiet li saru din is-sena kellhom talbiet totalment differenti minn xulxin. Dan hekk kif Keith Edmund Gavin irrifjuta l-ikel, imma aċċetta ġelat, waqt li Kenneth Eugene Smith talab: T Bone steak, toast u anki bajda

Ted Bundy li kien ingħata l-mewt wara li nstab ħati ta’ sensiela ta’ delitti irrifjuta l-ikla speċjali. Madankollu huwa ingħata steak, bajd, toast, ħalib, kafe’, juice, butir u jelly, ikel li xorta ma kielx

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com