Il-Passat tal-Belt Valletta – “Tbatija u Nostalġija”

 Il-Passat tal-Belt Valletta – “Tbatija u Nostalġija”

Għeruq il-Komunità huwa “grupp ta’ ċittadini attivi li jippromwovi l-kwalità tal-ħajja fil-Belt Valletta, mingħajr konnessjoni politiku li jipprovdi solidarjeta ma’ kulħadd”. Għandu fokus speċifiku fuq l-edukazzjoni, il-kultura, it-tradizzjoni, il-kreattività u l-attivitajiet soċjali.

Dan huwa bord ta’ residenti volontarju fejn jaħdmu b’mod kreattiv sabiex iwasslu l-messaġġ tal-Beltin. Ftit ta’ ġimgħat ilu ħaduna fuq passaġġ nostalġiku fi filmat jismu ‘Tbatija u Nostalġija’ fejn dawn ir-residenti rreċtaw skit informali fuq il-passat tal-Belt Valletta u kif inbidel maż-żmien. Esploraw it-tradizzjonijiet Beltin, il-ħajja ta’ suldat, l-ewforija tal-Beltin, fost aktar!

Segwu dan il-filmat fil-paġna ‘Għeruq il-Komunità’ jew agħfsu din il-link sabiex nifhmu aktar fuq il-passat tal-belt kapitali tagħna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com