Attent jekk tixtri dawn il-ġugarelli għall-kelb tiegħek!!

 Attent jekk tixtri dawn il-ġugarelli għall-kelb tiegħek!!

Is-snin tal-klieb huma b’saħħithom, madanakollu huma fl-istess ħin fraġli. Ħafna ġugarelli tal-annimali jistgħu jikkawżaw ħsara fis-snien tal-klieb u jwasslu anke għal kundizzjonijiet li jġibu ħafna uġigħ u spejjeż. Għalhekk huwa essenzjali li tagħżel ġugarelli li jipproteġu s-saħħa orali tagħhom. 

Ġugarelli li jagħmlu ħsara

  1. Blalen tat-tennis – minkejja li huma ideali meta tilgħab fetch mal-kelb, il-materjal aħrax tagħhom jista’ jagħmel ħsara lis-snien għax jaħdem bħal qisu sandpaper. Eventwalment tesponi l-istrati interni tas-snin u tikkawża infezzjoni u uġigħ.
  2. Għadam u zkuk – minkejja li jaf tiġi t-tentazzjoni li tagħti xi għadma jew zokk lill-kelb, dawn huma aktar iebsa mis-snien tagħhom u jistgħu jwasslu sabiex ikissru snienhom magħhom. Apparti minn hekk, iz-zokk jistgħu joħorġu l-iskaldi minnu, li jidħlu fil-ħanek u jagħmlulhom il-ħsara.
  3. Ġugarelli f’forma ta’ ħabel bit-tarf miftuħ – hawn ġugarelli li jkunu bħal qishom ħabel b’għoqda u jkollhom it-tarf bil-materjal miftuħ bħal qisu spag. Dan l-ispag jista’ jeħel bejn is-snien u jikkawża ħsara jekk ma jitneħħiex.

Ġugarelli ideali

  1. Dental sticks – dawn ikunu ġeneralment f’forma ta’ għadma li faċli jgerrmuha u jkunu jistgħu jikluha wara li jilgħabu biha. Dawn it-tip ta’ prodotti jgħinu wkoll kontra l-batterji u t-tħassir tas-snin.
  2. Ġugarelli mgħamulin minn lasktu b’saħħtu – bħal blalen li jkunu rotob jew inkellha li fihom ikollhom toqob u tkun tista’ timlihom b’xi treats. Ara li dawn il-ġugarelli jkunu b’saħħithom biżżejjed biex ma jkunx hemm periklu ta’ fgar.
  3. Blalen li għandhom l-estern tagħhom lixx – dan sabiex ma jkunx hemm riskju li jqaċċtu xi biċċiet minnu u jifgaw fih.

Kif tagħżel il-ġugarell ideali?

Biex tikkonferma li l-ġugarell huwa sikur, ipprova lwieh u għafsu bid-difer. Jekk ma jitgħawwiġx u ma tiġix fih il-forma tad-difer, jista’ jkun wisq iebes u b’hekk ma jkunx ideali għas-snien tal-kelb tiegħek.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com