Peppa Pig bil-Malti- Ara Kif Tista Tarah Kuljum!

 Peppa Pig bil-Malti- Ara Kif Tista Tarah Kuljum!

Peppa Pig, l-iżgħar ħanżira popolari mad-dinja kollha, issa bil-Malti fuq it-televizjoni tiegħek! Għal dawk li jixtiequ jaraw lil uliedhom jitgħallmu l-ilsien Malti waqt li jaraw it-televiżjoni, din hija aħbar brillanti.

‘Peppa Pig bil-Malti’ ġiet imnedija uffiċjalment minn Media Exclusive, u l-episodju “Għadajjar bit-Tajn” deher għall-ewwel darba fuq TVM. Jekk dan l-episodju jidher familjari, hu għaliex kull min jaf lil Peppa jaf kemm tħobb l-avventuri tal-ħajja: tajn, logħob, u daħk bla waqfien!

Imma l-ġmiel ta’ din is-serje hija l-fatt li qed tiġi tradotta kompletament għall-Malti! Iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti ħadem ħafna biex Peppa u l-ħbieb tagħha jitkellmu b’Malti ċar u modern. Dan ifisser li t-tfal mhux biss igawdu l-istorja imma wkoll jitgħallmu kliem ġdid li jistgħu jużaw fil-ħajja ta’ kuljum.

F’dan il-proġett tieħu sehem ukoll il-personalità nazzjonali tagħna; Eileen Montesin! Iva, hi se tkun l-vuċi liln-nanna ta’ Peppa u George. Ben Camille, wieħed mill-kofundaturi ta’ Media Exclusive, qal li dan il-proġett qed jara ħolma ssir realtà. Huwa jemmen bis-sħiħ fil-promozzjoni tal-ilsien Malti b’mod interattiv u divertenti għat-tfal. 

Għalhekk, jekk int ġenitur Malti, sempliċiment dilettant tal-programm jew l-ilsien Malti, segwi l-episodji ġodda fuq it-TVM kuljum fis-6.25am u jerġgħu jixxandru fit-3.50pm jew on demand hawn

Ara segment mill-ewwel episodju:

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com