8 ismijiet strambi li jagħtu l-Maltin lit-tfal tagħhom…
Ċertu ismijiet li ngħataw lit-tfal matul is-snin lanqas idurlek ilsienek biex tgħidhom. Oħrajn, tibda tgħid minn fejn ħarġu bihom…u għaliex?!
Ta’ kull sena, toħroġ il-lista tal-ismijiet l-aktar popolari li jkunu ngħataw lit-trabi f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Hekk kif wasalna fl-aħħar kwart tas-sena, ninsabu eċitati biex insiru nafu liema huma l-aktar ismijiet tat-trabi popolari għall-2024 u x’ismijiet strambi oħra ħarġu bihom xi wħud li saru ġenituri din is-sena.
Iżda sakemm tiġi f’idejna l-lista ta’ ismijiet, ejjew ngħatu titwila lejn uħud mill-aktar ismijiet strambi li ngħataw lit-trabi fl-aħħar snin.
- Delyth …. Qisek qed tgħid delitt…
- Ala … jew għala?
- Thisseanne … forsi xi ħadd għatas?
- Shaznolee … issa sew…
- Zanishielle … minn liema ktieb ta’ ismijiet għat-trabi sabuh dan?
- Yenz … jew Benz
- Jack Daniel … nafu x’kien id-drink favorit tal-ġenituri tiegħu…
- Shazion Neymar … forsi se jsir plejer tal-futbol?