Tiġieġ moħmi fil-forn, u ross
Filmat tar-riċetta hawn
Mhux l-ewwel darba illi rajna riċċeti ta’ tiġieġ u anki ta’ ross, kemm separati u anki servuti flimkien. Normalment ikollna t-tiġieġ imsajjar għalih u r-ross ukoll. Imma f’din ir-riċetta se nagħmlu riċetta li fiha kemm it-tiġieġ u anki r-ross jissajru fil-forn flimkien. Forsi mhux komuni, imma tkun xi ħaġa sabiħa illi wieħed jippruvaha.
Ingredjenti
200 millilitru krema
Kuċċarina sagħtar imnixxef – Lamb brand & Loaded Pantry
Kuċċarina trab tal-paprika – Lamb brand & Loaded Pantry
Biċċtejn sider tat-tiġieġ – Churchill Master Butchers
30 gramma butir – Attard & Co
2 sinniet tewm – Catania & Cini Ltd
Basla mqatta’ – Catania & Cini Ltd
200 gramma ross abjad
350 millilitru stokk tat-tiġieġ
Metodu
1) F’kontenintur itfa’ l-krema u żid is-sagħtar imnixxef u l-paprika , u ħawwad sew
2) Itfa’ t-tiġieġ f’kontenitur ieħor u ferrex fuqu t-taħlita li għamilt. Dawwar sakemm tara li l-biċċiet tat-tiġieġ jinksew sew
3) F’dixx poġġi l-butir u ferrex it-tewm u l-basal
4) Sajjar din it-taħlita f’forn b’temperatura ta’ 180grad Celcius għal 10 minuti
5) Oħroġ mill-forn u ferrex ir-ross. Wara poġġi l-biċċiet tat-tiġieġ
6) Żid l-istokk tat-tiġieġ
7) Għatti bil-fojl u sajjar fil-forn b’temperatura ta’ 180 grad celcius għal 50 minuta
8) Servi t-tiġieġ fuq ir-ross