Dis-Sena Nimmisjaw il-Birgu by Candlelight!

 Dis-Sena Nimmisjaw il-Birgu by Candlelight!

Kull sena, isir il-Birgu by Candlelight, lejl wieħed speċjali f’Ottubru, fejn in-nies tal-lokal jonoraw il-belt ta’ Vittoriosa imdawwla b’eluf ta’ xemgħat u baned folkloristiċi joħolqu atmosfera mirakoluża. Sfortunatament dis-sena mhux ħa jseħħ iżda ejja nitkellmu ftit fuqu sabiex nistennew ħerqanin għas-sena d-dieħla!

LURA FIŻ-ŻMIEN

Din il-belt teħodkom lura fiż-żmien meta ma kienx hemm dawl ieħor ħlief fanali biex idawlu l-inħawi. Tara biss xita ta’ xemgħat u l-faċċati tad-djar li jixegħlu.

DETENTUR TAR-REKORD

Kont taf li l-Birgu għamlet rekord internazzjonali fil-Guinness World Records? Jekk ma kontx taf, issa taf! In-nies ta’ Vittoriosa, xegħlu madwar 15,000 -il xemgħa madwar il-belt, u ħolqu dik l-atmosfera affaxxinanti fl-2010. U nista’ nassigurak li dan ma kienx faċli. Wara li qabel dan l-avveniment il-komunità ġġieldet kontra temp ħażin, irnexxielhom xorta jgħaddu mill-isfida!

GĦAQDA

Naħseb li kulħadd jaqbel li dan l-avveniment huwa speċjali u uniku minn oħrajn. Huwa żmien meta komunità żgħira bħal Birgu tingħaqad bħala waħda, unita, u tikkollabora biex toħloq lejl sensazzjonali. Dan l-avveniment huwa eżempju ċar li juri l-qalb vera tal-lokali.

ATTRAZZJONIJIET WIESA

Naturalment, il-Birgu qatt ma jħalli barra l-istorja u l-attrazzjonijiet tiegħu. Madwar il-belt hemm ċerti bini storiku li jistennew in-nies iżuruhom. Dawn jinkludu diversi bini minn knejjes, mużewijiet, fortijiet, u berġi.

IKEL

Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, hemm varjetà kbira ta’ platti servuti. Il-pjazza prinċipali tkun mgħarrqa b’bankarelli tal-ikel u food trucks jistennewk biex tipprovahom.

Allura, jekk qatt ma mort għal dan l-avveniment, nittama li dan iqanqlek kemm kompla jqanqal lili.. Allura, nissuġġerilek iżżur dan il-ġojjell annwali f’Ottubru, 2025!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com