The Princess Diaries 3 Uffiċjalment Ser Joħroġ – Ma Tistax Taqta’ x’se Jiġri!💖💫💎

 The Princess Diaries 3 Uffiċjalment Ser Joħroġ – Ma Tistax Taqta’ x’se Jiġri!💖💫💎

Wara kważi 25 sena minn meta ħareġ l-ewwel ‘The Princess Diaries’, Anne Hathaway ikkonfermat li t-tielet film huwa uffiċjalment fil-pjanijiet. Għalkemm l-iffilmjar mistenni jibda fl-2025, Hathaway ħabbret fuq Instagram: “Miracles happen ✨👑 Back to Genovia!”

Għal min m’għandux idea (għalkemm ma naħsibx li hemm xi ħadd!), il-films ta’ The Princess Diaries kienu dwar Mia Thermopolis, adolexxenti komuni li tgħaddi minn trasformazzjoni f’ħajjitha meta tiskopri li hija prinċipessa ta’ pajjiż fittizju – Genovia. Bl-għajnuna tal-leġġendarja Julie Andrews, Mia ssir ir-reġina tal-qalb u ta’ Genovia!

Issa, ħaġa waħda nafu ċert għal Princess Diaries 3: Hathaway hija bħala Mia! Forsi ġejjin mumenti fejn naraw lil Chris Pine lura bħala Nicholas Devereaux, l-imħabba ta’ Mia fit-tieni film. U Julie Andrews? L-attriċi qalet li għalkemm tkun kuntenta tidħol fil-karattru tagħha bħala r-Reġina Clarisse Renaldi, m’għandniex nistennew wisq għax forsi wasal iż-żmien li tħalli l-films fil-passat issa li għanda 89 ‘il sena!

Fl-aħħar, id-direzzjoni ġiet fdata lil Adele Lim, magħrufa għax-xogħol tagħha fuq Crazy Rich Asians. Lim hija fan kbira tal-films oriġinali, u qed inħossu li l-vjaġġ ta’ Mia se jkun ippakkjat b’aktar qawwa femminili, ferħ, u xi menturi ġodda li ser iżidu ma’ din l-avventura nteressanti.

Għadna qed nistennew aktar dettalji dwar l-istorja u l-cast, imma ħaġa waħda hija ċerta: il-ħolm li terġa’ tmur Genovia qed isir realtà!

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com