Downuts bil-ġamm

 Downuts bil-ġamm

Filmat tar-riċetta hawn

Kultant kulħadd ikollu aptit xi ħaġa tajba. Faċli nixtru, imma hija xi ħaġa sabiħa illi kultant nippreparaw xi ħaġa aħna stess. Waħda mid-diżerti li huma sempliċi biex tippreparahom huma d-downuts. M’hemmx bżonn tkun xi dulċier, u lanqas għandek bżonn xi apparat speċjali. Faċli tagħmilhom id-dar stess. U bilħaqq, issajjarhom fil-forn u mhux moqlijin fiż- żejt

Ingredjenti

7 grammi ħmira niexfaLamb brand & Loaded Pantry
200 millilitru ħalib sħun
375 gramma dqiqLamb brand & Loaded Pantry
50 gramma zokkorLamb brand & Loaded Pantry
Isfar ta’ bajda
Ftit essenza tal-vanilja
50 gramma butirAttard & Co
100 gramma zokkorLamb brand & Loaded Pantry
150 gramma ġamm tal-frawli

Metodu

1) F’kontenitur itfa’ l-ħmira u żid il-ħalib sħun. Importanti li l-ħalib ma jkunx jaħraq ħafna għax jaffetwa l-ħmira. Ħawwadhom flimkien
2) F’bieqja separata, agħrbel id-dqiq u żid 50 gramma zokkor
3) Żid it-taħlita ta’ ħmira u ħalib mad-dqiq u z-zokkor
4) Żid il-bajda u l-essnza tal-vanilja
5) Dewweb il-butir u żidu mat-taħlita
6) Ħawwad sew u fforma l-għaġina f’forma ta’ ballun
7) Żid ftit dqiq fuq l-għaġina biex tkun tista’ tiftaħha sew
8) Għatti l-għaġina u ħalliha toqgħod għal bejn siegħa u kwart u sagħtejn
9) Kif toqgħod, qatta’ l-għaġina u fforma blalen żgħar, id-daqs tad-downuts li tixtieq
10) Poġġihom fuq tilar tal-forn ( fuq karta tal-forn) u sajjar għal madwar 10-15 -il minuta
11) B‘pinzell, tihom kisja żejt taż-żebbuġa u għaddihom minn ġo zokkor
12) Ifforma toqba żgħira fin-nofs ta-downut u imla bil-ġamm

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com