“Suf u sufless”…kif jogħġobkom l-aktar Daniel?
Wasalna għal sfida ġdida għal din il-ġimgħa, u din id-darba, il-protagonist se jkun mill-ġdid Daniel. Wara li smajna l-opinjoni tagħkom, aħna ddeċidejna li l-isfida ta’ Daniel tkun dik li jmur jagħmel dak li jgħidulu bikini-ready waxing!
Flimkien ma’ martu Fiorella huma marru għand Flawless Beauty Salon li tinsab ġewwa San Pawl il-Baħar. Malli sar jaf li kellu jmur jagħmel waxing, diġà kien beda jinġema’ d-dmugħ f’għajnejh, u nistgħu niggarantulkom li d-dmugħ baqa’ hemm propju sal-aħħar.
“Jien qatt ma qaxxart is-suf ta’ saqajja f’għomri,” qal Daniel. Jiġifieri din kienet propju l-ewwel darba li għamel xi ħaġa tat-tip u kellna l-unur li naqbduha fuq kamera!
Mistoqsija jekk Daniel jogħġobhiex hekk, Fiorella kkonfermat li tippreferih hekk, bla suf! Madanakollu, Daniel kompla billi wieġeb “ma nivvintawx trends ġodda!”
Segwu Strada Rjali biex taraw l-isfida li jmiss, li issa trid tagħmilha Fiorella….