Ditta mużikali Maltija se tipparteċipa f’festival internazzjonali f’Amsterdam!

 Ditta mużikali Maltija se tipparteċipa f’festival internazzjonali f’Amsterdam!

Iva sewwa smajtu! Id-ditta mużikali Maltija Vestige Records se tkun qed tagħmel id-debut internazzjonali tagħha fil-festival magħruf bħala l-Amsterdam Dance Event (ADE).

Iffundata minn Braynod u Tekzee fl-2023, Vestige Records laqtet il-widna globali bit-techno melodiku li tipproduċi, tant li issa se tkun qed teżibixxi t-talent tagħha flimkien ma’ lineup tal-ġenn f’Amsterdam.

Jekk tħobb il-mużika techno u tixtieq tkun parti minn dan il-mument storiku, mela fl-20 ta’ Ottubru għandek terħilha lejn il-50:HERTZ House & Techno Club li jinsab f’Rembrandt Square f’Amsterdam. Hawn se tkun tista’ tesperjenza wħud mill-aktar artisti magħrufa u emerġenti fl-industrija. Apparti Vestige Records, wieħed se jsib artisti bħal Daniel Blade, Kubilay Yilmaz, Voor, Lio, Mike, u Wayln. L-avveniment jibda fl-4pm u jibqa’ sejjer sal-10pm.

Iżda x’jagħmel dan l-avveniment daqshekk speċjali? Vestige Records hija propju l-ewwel ditta mużikali Maltija li se ddoqq f’dan il-festival. Apparti li tisma’ u tiżfen mal-mużika, se jkollok l-opportunità li tiltaqa’ mat-tim wara din id-ditta mużikali u titgħallem aktar dwar dan il-vjaġġ meraviljuż tagħhom.

Għal aktar informazzjoni, żur hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com