Ġenji tal-Ġenn – Ara naqra x’kien jiekol!

 Ġenji tal-Ġenn – Ara naqra x’kien jiekol!

Ħafna semgħu b’Charles Darwin, ix-xjentist Ingliż li fis-seklu 19 ħareġ bit-Teorija tal-Evoluzzjoni waqt vjaġġ madwar id-dinja. Huwa qal li l-ħlejjaq kollha jadattaw għaċ-ċirkustanzi u jinbidlu bi proċess ta’ għażla naturali li sseħħ fuq medda kbira ta’ snin.

Din l-idea bidlet ħsibijiet tradizzjonali marbutin mal-ħolqien tant li, fil-bidu, l-Knisja ħaditha kontra t-Teorija tal-Evoluzzjoni u rabtet mal-interpretazzjoni litterali tal-Bibbja. Maż-żmien, il-maġġoranza taċ-ċrieki reliġjużi aċċettaw l-idea ta’ Darwin.

Għalfejn jidħol fil-klabb tal-“ġenji tal-ġenn”?

Apparentament, Darwin kellu preferenzi kulinari strambi. Matul il-vjaġġ tiegħu mhux biss studja ħlejjaq differenti imma kien jiekol kull kreatura li kien jiltaqa’ magħha. Iva, anki insetti! Pereżempju għoġbu ħafna l-laħam tal-armadillo imma mhux daqstant l-istuffat tal-puma.

Kien membru ta’ The Glutton Club li l-membri tiegħu kienu jiltaqgħu kull ġimgħa biex jiddiskutu liema platti jkunu ppruvaw.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com